Sunday 11 May 2014

Ray Calleja: L-Imhabba taghmel hsara lilek u lill ta’ madwarek!

http://ray365.blog.com/2014/05/07/l-imhabba-taghmel-hsara-lilek-u-lill-ta-madwarek/
Posted by raycallejamundu Wednesday, May 7, 2014 · Leave a Comment



Dan li gej kien diskors li ktibt xi gimghat qabel ma ghaddiet il-ligi dwar l-unjoni civili f’Malta.

Il-bierah kelli diskursata tahraq ma tnejn minn shabi li jixtiequ jizzewgu u ma jistghux! Lill Paul u Doris ilni nafhom snin twal, u ghalhekk kont sorpriz meta laqqghu lill grupp tal-klikka taghna biex ituna l-ahbar. Lanqas biss konna nafu li huma koppja ahseb u ara li kellom ix-xewqa li jizzewgu u jkollom familja!

Id-diskors malajr dar fuq ghalfejn Paul u Doris qatt ma qalulna xejn. “Konna mbezzghin li ma kontux tridu tkunu aktar hbieb taghna jekk nghidulkom”. “Gieli rajna r-rejazzjoni taghkom meta rajtu tnejn bhalna fuq it-televixin jghidu l-istess, ghalkemm accetajtuhom, qiskom dhaktu w’ izzufjettatju bihom minn taht!” “Meta konna l-Belt niehdu kafe ridna nzommu jdejn xulxin biex forsi tiehdu sinjal ta’ dak li qed inhossu, imma bzajna li l-kafe jinzel velenu jew li thossukom skomdi. Legalment ma nistghux nizzewgu u jkollna familja f’pajjizna ghax id-diskors ghadu jdur fuq jekk ahniex kompetenti, jekk haqqniex, jekk ahniex morda emozzjonalment jew jekk (bhall avviz fuq pakett tas-sigaretti) jekk l-imhabba taghna taghmilx hsara lilna u lill ta’ madwarna!”

Jekk din hija sitwazzjoni surrejali ghall koppji eterosesswali – zgur mijhiex hekk ghall-koppji kolla li huma parti mill komunita LGBT.

Illum qieghdin partecipi f’ parti mill-istorja fejn id-decizjoni jekk jien nistax inhobb, jekk jien nistax ikolli familja, jekk nistax nikkontribwixxi lejn pajjizi b’mod shih qed tigi mwettqa. Mitt sena ohra minn ikun fid-dinja ser ihares lura u jghidlikom Grazzi. Grazzi li nista nimxi id f’id fit-triq ma min inhobb. Grazzi li uliedi jistghu igawdu mid-dinjita tal-hajja u jigu iggudikati biss fuq il-kontribut li kapaci joffru u x tip ta’ valuri jhaddnu. Grazzi li l-energija tieghi, xogholi, u ghemili qed imorru kolla biex intejjeb lid-dinja u l-komunita li nghix fiha u biex inhaddan u nkattar id-dritt ta’ l-ghaqda, u mhux biex niggieled ghad dritt li nista nhobb u nkun rikonoxxut ghall min inhobb.

Grazzi li llum bhall ma dejjem gara wara snin u rivoluzzjonijiet storici – ma ghadx hemm bzonn ta’ attivisti ghad drittijiet LGBT. Grazzi talli illum apprezzajtu li l-Imhabba gid biss tista ggib – anka dik l-imhabba li ma ahniex kapaci napprezzaw totalment ghax hija differenti minn taghna.

Imma dan nghiduh mitt sena ohra. Ma jimpurtax fejn ilna, nistennew ftit iehor. Hekk trabbejna, u hekk tghallimna… min jaf xi darba!

Imma llum, llum huwa pass lejn dik id-direzzjoni. U min ghadu jhaddan il-hsieb li “L-imhabba taghmel il-hsara lili u lill ta’ Madwari” ma jimpurtax. Nifhmu l-pozizzjoni tieghek. Il- biza tieghek napprezzawa. Hemm bizzejjed imhabba anka lejk.

Issa l-ligi ghaddiet. Ghaddew ukoll ic-celebrazzjonijiet. Il-kummenti favur jew kontra bdew ukoll jikkalmaw.

Imma x’jemmnu verament il-Maltin? Mhux x’ jghidu biss. Ghalfejn inqala daqsekk paroli fuq ligi li wara kollox kien jidher evidenti li ha tidhol f’ pajjizna. Fid-diskussjoni dwar id-divorzju inizjalment hekk gara. Illum qisu ilu snin li tkellimna fuq hekk! F’dan il-kas ha jigri l-istess? Jew ghad irridu naraw aktar kontroversji madwar dan is suggett? Int ghandek opinjoni?

No comments:

Post a Comment