Saturday 20 July 2013

Malta Right Now: Imniedi l-video "It Gets Better"

http://maltarightnow.com/default.asp?module=news&at=Imniedi+l-video+%22It+Gets+Better%22&t=a&aid=99848212&cid=19
19 ta' Ġunju, 2013 20:56 CET minn Charles MUSCAT

Imniedi l-video

L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti tal-Amerika għal Malta, Gina Abercrombie-Winstanley nediet video intitolat "It Gets Better" li hu produzzjoni tal-Ambaxxata Amerikana.

Il-video sar bl-appoġġ għad-drittijiet tal-persuni b'orjentazzjoni sesswali differenti LGBT.

It-tnedija saret fil-Monaliza Lounge, fil-Belt mill-Ambaxxatur Abercrombie-Winstanley bil-kollaborazzjoni tal-Malta Gay Rights Movement bħala parti mill-attivitajiet tal-Pride Week. Attendiet ukoll il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista dwar id-djalogu soċjali u l-libertajiet ċivili id-Deputat Claudette Buttigieg.

L-Ambaxxata Amerikana ħadmet mal-membri tal-komunita` tal-LGBT f'Malta biex jirrekordjaw l-esperjenzi, l-isfidi li qed jiffaċċjaw u l-appoġġ li sabu biex juru l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

L-Ambaxxatur Abercrombie-Winstanley qalet li dan il-proġett beda fl-2010 fi żmien fejn ħafna żgħażagħ kienu qed jikkommettu suwiċidju minħabba li sabuha diffiċli jesprimu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Hi qalet li ħadd m'għandu jaqta' qalbu għax is-sitwazzjoni llum qed titjieb.

Gaby Calleja il-koordinatur tal-Malta Gay Rights Movement qalet li l-LGBT f'Malta qed isib appoġġ qawwi mill-Ambaxxata Amerika u l-video jibgħat messaġġ qawwi ta' kuraġġ u tama u fl-aħħar snin f'pajjiżna sar progress qawwi fid-drittijiet tal-libertajiet ċivili.

Sadattant, l-Ambaxxatur Amerikan ħabbret li se joħroġ it-tieni video li fih jagħtu testimonjanza l-familji u l-qraba ta' dawn in-nies b'orjentazzjoni sesswali differenti.

No comments:

Post a Comment