Wednesday 17 October 2012

L-Orizzont: LGBTs u proposti oħrajn

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Opinjoni'&ID2=97033
Opinjoni, minn Tony Zarb - Segretarju Generali tal-GWU
17.10.12

Se nkompli nagħti iktar informazzjoni dwar il-proposti li qiegħda tagħmel il-GWU lill-partiti politiċi għall-elezzjoni li jmiss.

LGBTs

Sa mit-twaqqif tagħha l-GWU ħaddnet il-prinċipju li kull bniedem, irrispettivament minn kif jitwieled, għandu jkollu l-istess opportunitajiet għal ħajja ħielsa daqs u bħal kull ċittadin ieħor. Dan it-twemmin tal-GWU jgħodd ukoll għall-opportunità ta’ impjieg u l-iżvilupp tal-personalità biex kulħadd ikun jista’ jimxi ’l quddiem fil-ħajja privata tiegħu u fis-soċjetà. Għalhekk, il-GWU dejjem kienet kontra kull forma ta’ diskri­minazzjoni u omofobija.


Biex verament kull min jitwieled b’orjentazzjoni sesswali differenti ma jkollux xkiel f’ħajtu, il-GWU tħeġġeġ l-aġġornament tal-Kodiċi Ċi vili biex persuni LGBTs ma jsofrux minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Dan għandu jsir fid-dawl tal-fatt li persuni LGBTs ġieli kienu vittmi ta’ vjolenza minħabba l-istil tal-għajxien tagħhom. Sal-lum, il-liġi tipproteġi lill-persuni LGBTs mill-fastidju sesswali biss fuq il-post tax-xogħol u għalhekk il-GWU tħeġġeġ biex il-liġi tqis bħala reat kriminali kull mibegħda fuq orjentazzjoni sesswali, issir fejn issir.

[L-artiklu jkompli jitkellem fuq suġġetti oħra. Tista' taqra l-artiklu kollu billi tiklikja fuq il-link ta' fuq.]

No comments:

Post a Comment