Tuesday 25 September 2012

iNews Malta: "Min irid l-ugwaljanza jaf x'għandu jagħmel" - Gabi Calleja

http://www.inewsmalta.com/dart/20120922-min-irid-ugwaljanza-jaf-andu-jag-mel-gabi-calleja
Roberta Fenech | 08:12 | 22.09.2012


Gabi Calleja, koordinatriċi tal-Malta Gay Rights Movement (MGRM) qalet ma’ inewsmalta.com li l-ibbujar mill-udjenza waqt mistoqsija dwar id-drittijiet ta’ persuni omosesswali - tul diskussjoni fuq il-Fosos tal-Floriana - setgħet kienet qiegħda tirrifletti l-messaġġi tat-tmexxija. Mitluba tikkummenta dwar dan l-aġir, li ħasad lill-bosta anke fl-istess folla u xi persuni fil-Partit Nazzjonalista stess, Calleja għażlet li ssemmi esperjenza iktar pożittiva li għaddiet minnha hi.

“L-uniku ħaġa li nista' ngħid huwa li nhar it-Tlieta kont qiegħda nitkellem fil-Kungress li organizza l-Partit Laburista u l-folla preżenti laqgħetni u ġabet ruħha kompletament l-oppost,” qalet Calleja.

Kien għall-mistoqsija ta’ Kurt Sansone dwar jekk Partit Nazzjonalista jikkunsidrax żwieġ bejn persuni omosesswali li l-folla nfexxet f’ibbuwjar li xehed id-diżaprovazzjoni għall-proposta simili. Tant li anke l-Prim Ministru ħass li kellu jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa ta’ iktar rispett. Ftit wara, imbagħad, Gonzi ddikjara li għalih żwieġ huwa biss bejn mara u raġel u hawn l-udjenza nfexxet f’ċapċipa u għajjat ta' approvazzjoni.

Gabi Calleja qalet li dan juri li hemm diverġenza totali fis-segwaċi taż-żewġ partiti ewlenin. “U dan ġej mill-mod ta' kif qed iħarsu lejn min qiegħed immexxihom,” iddikjarat Calleja.

Calleja tkellmet dwar kif il-PN dejjem kien konsistenti fil-fehma tiegħu dwar dan is-suġġett. “Qatt fl-ebda ħin ma ta indikazzjoni li din tista' tinbidel,” żiedet Calleja li qalet issa trid tkun il-komunità gay li tagħmel l-għażliet tagħha. Filwaqt li ddikjarat li l-MGRM ma jagħti l-ebda direzzjoni jew ma jġiegħel lil ħadd jagħmel xejn, temmet tistqarr li “min jixtieq l-ugwaljanza jaf x’għandu jagħmel.”

No comments:

Post a Comment