Monday 2 July 2012

PL: Mit-tolleranza għad-drittijiet – Joseph Muscat

http://www.partitlaburista.org/dart/20120628-mit-tolleranza-ghad-drittijiet-joseph-muscat
Il-Ħamis, 28 ta' Ġunju 2012, 21:08

Pajjiżna jrid jimxi mit-tolleranza għad-drittijiet, fejn l-għan li jmexxina ‘l quddiem ikun l-ugwaljanza. Biex nilħqu dan l-għan, irid ikun hemm Gvern li b’konvinzjoni jemmen fl-ugwaljanza. Gvern li b’konvinzjoni jifhem u jirrispetta l-imħabba bejn żewġ persuni u ma jippruvax jidħol fil-kamra tas-sodda tagħhom.

Dan kien il-messaġġ li wassal Dr Joseph Muscat f’filmat bit-tema ‘A Fair Society – It gets better’, maħruġ fl-okkażjoni tal-Pride Week 2012, organizzata mill-Malta Gay Rights Movement. Il-filmat qed jifforma parti mill-kampanja internazzjonali ‘It gets better’, permezz tal-website www.itgetsbetter.org.

Dr Muscat wassal messaġġ ta’ tama lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jiskopru l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, fejn saħaq li dawn ukoll għandhom futur sabiħ jistennihom.

“Din hija s-soċjeta’ li jien naspira li ngħix fiha, soċjeta’ li mhux biss tkun tolleranti, imma li tabbraċċja, tifhem u tagħti d-drittijiet lil kull koppja, lil kull familja,” temm jgħid Dr Muscat.

Link għall-video: http://youtu.be/khk6auIZu_U

No comments:

Post a Comment