Tuesday 8 May 2012

L-Orizzont: Let's Talk?

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Opinjoni'&ID2=90081
8.5.2012 minn MARIETTE BORG

IL-POPLU Malti ilu għal dawn l-aħħar erba' snin isemma' leħnu fuq 'issues' differenti, iżda għal xi raġuni jew oħra dej jem waqgħu fuq widnejn torox. Hekk kif l-elezzjoni ġenerali qiegħda magħna, il-Partit Nazzjonalista, għall-konvenjenza, qiegħed jistieden in-nies biex jitkellmu miegħu.

Mhux hekk biss, qiegħed ukoll jibgħat gazzetti fid-djar bl-isem ta' "Kuntatt". Iżda naħseb il-Gvern Nazzjonalista għandu problema bid-definizzjoni tal-kelma "kuntatt".

"Kuntatt" huwa meta żewġ persuni jew aktar jidħlu f'dis kussjoni flimkien u jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom. F'dan il-każ, il-Gvern ta' GonziPN huwa tajjeb biss għall-monologi. Meta ċittadin jiġi bżonn biex isemma' leħnu jsib il-bibien kollha magħ luqin jew inkella jsib it-tfixkil tal-burokrazija.
 
Meta l-Prim Ministru ġie għall-prova ta' kemm għandu għal qalbu r-rieda tal-poplu f'vot tal-Parlament, wara li l-poplu semma leħnu b'mod ċar dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, Dr Gonzi għażel li jisma' lill-kuxjenza tiegħu filwaqt li injora lill-54% li vvotaw favur dan id-dħul. Dan huwa eżempju ċar ta' kif il-Partit Nazzjonalista juża 'slogans' politiċi biss għal waqt il-perjodu tal-elezzjoni.

Meta jidħlu drittijiet soċjali dan il-Gvern huwa xempju ta' kemm jinjora d-drittijiet tal-minoranzi. Il-liġi tal-IVF u tal-koabi tazzjoni għadhom qegħdin fil-kju jistennew biex jiġu diskussi fil-Parlament. Il-persuni omosesswali li qegħdin jiġu ddiskriminati minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, għadhom qegħdin jistennew li jiġu rikonoxxuti mill-istat bħala kopp ja. Iżda dan il-Gvern huwa kuntent jara l-Parlament jinbidel f'ċirklu milli jmexxi 'l quddiem aġenda serja għall-ġid tas-soċjetà Maltija.

Fejn kien il-Gvern ta' GonziPN għall-ħaddiema b'xogħol prekar ju u għal dawk il-ħaddiema li għandhom paga miżera? Il-Gvern ilu jiġi mwissi li l-'mini mum wage' f'pajjiżna għandha tiżdied għax mhix biżżejjed biex wieħed jasal sal-aħħar tax-xahar. Dan ikkonfermatu l-Caritas meta qalet li l-'minimum wage' ta' €1,600 fix-xahar mhix biżżejjed. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista qiegħed jiftaħar li żdied ix-xogħol 'full time', infakkar ftit kemm hawn żgħażagħ li jiggradwaw u ma jsibux impjieg f'dak li jkunu studjaw. Kif ukoll ir-rata ta' qgħad f'Għawdex hija d-doppju ta' dik li hawn f'Malta, fejn turi li l-proġett ta' EKO-Għawdex huwa aljenazjoni mir-realtà.

Is-settur tas-saħħa huwa eżempju ieħor fejn il-Gvern ta' GonziPN jagħlaq widnejh. Waħda mill-akbar problemi li għandna fis-settur tas-saħħa huwa n-nuqqas ta' sodod fl-Isptar Mater Dei.

L-MUMN qalet li l-uniku mod biex tissolva din il-problema huwa estenzjoni tal-isptar għax huwa żgħir. Problema ġdida fl-Isptar Mater Dei huma n-nuqqas ta' mħaded. Il-pazjenti spiċċaw jużaw lożor u piġami bħala alternattiva għan-nuqqas ta' mħaded. Anke jekk diversi pazjenti lmentaw minħabba dan in-nuqqas, il-Ministeru tas-Saħħa injora dan il-fatt billi ċaħad mingħajr biss investiga għax ċertu pazjenti ma ngħatawx imħadda.

Inutli GonziPN jipprova jinsolenta l-intelliġenza tan-nies bi 'slogans' li jaħdmu biss għal żmien l-elezzjoni ġenerali.

Il-poplu nduna li dan il-gvern huwa gvern li jitfixkel fir-retori ka tiegħu stess.

No comments:

Post a Comment