Monday 2 April 2012

FRA: European LGBT Survey [English / Malti]

European Union Agency for Fundamental Rights (FRA)

STĦARRIĠ EWROPEW DWAR PERSUNI LGBT IMNIEDI MILL-FRA:

Minbarra rapporti ta’ aħbarijiet okkażjonali dwar id-diskriminazzjoni kontra persuni lesbjani, gay, bisesswali u trans (LGBT), hemm ftit ħafna data komparabbli miġbura madwar l-UE dwar l-esperjenzi tal-ħajja ta’ kuljum ta’ persuni LGBT fir-rigward tad-diskriminazzjoni. B’reazzjoni għal din is-sitwazzjoni, l-Aġenzija Ewropeja għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) niediet l-ewwel stħarriġ online fl-UE kollha biex tistabbilixxi stampa preċiża tal-ħajja ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali u trans (18-il sena ‘l fuq) u tipprova taqbad l-aħjar impressjoni tal-esperjenzi tagħhom. L-istħarriġ ikopri is-27 Stat Membru (inkluż Malta) u l-Kroazja.
Bħala l-ewwel stħarriġ ta’ din ix-xorta li qed isir fl-UE kollha, ir-riżultati ser jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ politika (policies) ta’ trattament ugwali għall-persuni LGBT fl-Unjoni Ewropea, u għandhom jistabbilixxu l-aġenda għas-snin li ġejjin. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ, dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u Ewropea, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi, se jkunu jistgħu jimmiraw l-istrateġiji t’avukatura u attivitajiet ta’ appoġġ għall-kommunitajiet LGBT biex jgħixu u jesprimu ruħhom liberament f’ambjent mhux diskriminatorju.
L-istħarriġ huwa kompletament anonimu (l-ebda data dwar il-parteċipanti u s-sessjonijiet tagħhom mhiex reġistrata b’xi mod). L-istħarriġ huwa mħaddem mill-Gallup, kumpanija ta’ stħarriġ professjonali u ta’ konsulenza.
Sabiex jingħata piż lir-riżultati, l-Istħarriġ Ewropew dwar Persuni LGBT jiddependi fuq il-parteċipazzjoni ta’ grupp kbir u divers ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali u trans minn kull pajjiż. Għalhekk, huwa importanti ħafna għas-suċċess tal-istħarriġ li jilħaq grupp wiesgħa permezz ta’ parteċipanti li jibagħtu l-istħarriġ bl-imejl, jaqsmuh permezz tal-midja soċjali jew sempliċiment jistiednu ħbieb LGBT biex jieħdu sehem.

http://lgbtsurvey.eu/.
Facebook: https://www.facebook.com/StharrigLGBT
Twitter: https://twitter.com/#!/StarrigLGBT



EUROPEAN LGBT SURVEY LAUNCHED BY FRA:

Besides occasional news reports about discrimination against lesbian, gay, bisexual and trans (LGBT) people, there is very little comparable data collected across the EU about the everyday experiences of LGBT people with respect of discrimination. In response to this situation, the European Union Agency for Fundamental Rights (FRA) has launched the first ever online EU-wide survey to establish an accurate picture of the lives of lesbian, gay, bisexual and trans people (18 years or older) that will try to capture their experiences. The survey covers the 27 EU Member States (including Malta) and Croatia.

As the first EU-wide survey of its kind, the results will support the development of equal treatment policies for LGBT people in the European Union and should set the agenda for years to come. Based on the survey results, national and European policy makers, as well as non-governmental organisations, will be able to better target their advocacy strategies and activities to support LGBT communities to live and express themselves freely in a non-discriminatory environment.

The survey is completely anonymous (no data on the participants and their sessions are logged in any way). The survey is operated by Gallup, a professional survey and consultancy firm.

In order to give weight to the results, the European LGBT Survey counts on the participation of a large and diverse group of lesbian, gay, bisexual and trans people from each country. Hence, it is vitally important for the success of the survey that it reaches a wide target group through participants emailing the survey, sharing it through social media or simply inviting LGBT friends to take part.

https://lgbtsurvey.eu/.

Facebook: https://www.facebook.com/StharrigLGBT
Twitter: https://twitter.com/#!/StarrigLGBT

No comments:

Post a Comment