Sunday 9 October 2011

L-Orizzont: Sudaniż jammetti flok għadda ġuri li stupra żagħżugħ - Ikkundannat disa’ snin ħabs

5.10.11

Ahmed Issa, ta’ 23 sena mis-Sudan, ilbieraħ kien ikkundannat disa’ snin ħabs, wara li ammetta flok għadda ġuri li stupra żagħ­żugħ Franċiż ta’ 18-il sena. Il-każ kien seħħ fil-lejl ta’ bejn it-2 u t-3 ta’ Frar tal-2008.

Dakinhar tal-inċident, il-vittma kien qiegħed Pace­ville ma’ xi ħbieb tiegħu studenti li kienu ġew hawn Malta biex jitgħallmu l-Ingliż. Wara li qassam xi ‘flyers’ ta’ party li kellu jiġi organizzat dak il-Ħadd stess filgħaxija, kie­nu laħqu saru s-1.00 a.m, u sħabu kienu kollha telqu lejn id-dar.
Għalhekk ipprova jmur isib ‘taxi’ biex tieħdu lura d-dar fejn kien qed joq­għod ma’ familja Maltija f’Ħal Balzan. Iżda peress li kulma kellu fuqu kienu biss €5, is-sewwieq tat-taxi kien qallu li b’dak l-ammont ta’ flus biss ma kienx dispost iwasslu sa Ħal Balzan, sa­kemm ma kienx hemm ħaddieħor li seta’ jaqsam l-ispejjeż tal-vjaġġ miegħu.

Għalkemm għamel madwar nofs siegħa jistenna, ħadd ma tfaċċa u għalhekk il-vittma irrassenja ruħu u telaq ’l hemm. Kif kien sejjer fid-direzzjoni tal-Burger King, il-vittma ra żewġt irġiel u staqsiehom jekk kinux disposti li jwassluh sa Ħal Balzan bil-karozza tagħhom għal prezz ta’ €5. Dawn iż-żewġt ir­ġiel kienu l-akkużat u raġel ie­ħor, probabbilment ta’ nisel Għar­bi, li ismu baqa’ mhux magħ­­­ruf.

Dawn iż-żewġt irġiel qalu lill-akkużat biex isegwihom lejn il-karozza tagħhom li skont huma, kienet ipparkjata viċin il-Lukanda Hilton. Huma u neżlin qalulu wkoll li qabel jitilqu, xtaqu li jpejpu sigarett ħdejn il-baħar. Wara, dawn iż-żewġt irġiel u l-vittma mxew lejn il-post magħruf bħala Shingles Bay, li tinsab f’San Ġiljan. Kif waslu fuq il-blat bdew ipej­pu sigarett, madankollu f’mu­ment minn­hom, iż-żewġt irġiel daru fuq il-vittma u bdew jissaraw miegħu biex jisirqulu l-mowbajl, il-flus li kellu fuqu u ċ-ċintorin li kien liebes.

Il-vittma pprova jissara magħ­hom, iżda dawn bdew jimbuttawh lejn il-baħar, jagħtuh bis-sieq u b’idejhom. Filwaqt li l-vittma pprova jgħajjat għall-ajjut, iż-żewġt irġiel komplew jagħtuh b’ġebla fuq rasu bil-kon­segwenza li sofra diversi ġrie­ħi.

Waqt li kien stordut b’kon­segwenza tad-daqqiet li qala’, l-akkużat u sieħbu bdew ineżżaw lill-vittma minn ħwejġu. Waqt li l-akkużat kien qiegħed iżomm lill-vittma, ir-raġel l-ieħor ippro­va jistupra lill-vittma, madankollu ma rnexxielux. F’dan il-mument l-akkużat Ahmed Issa dar fuq sieħbu u qallu li ma kienx tajjeb għal dan ix-xogħol.

Sussegwentament, l-akkużat bl-għajnuna tar-raġel l-ieħor li kien miegħu, dar fuq il-vittma biex jistuprah. Il-vittma kompla jirreżisti, madankollu r-raġel l-ieħor beda jagħti bis-sieq fuq ras il-vittma biex jipprova jikkont­rollah, u stupra lill-vittma.

B’konsegwenza ta’ hekk, il-vittma ntelaq għal mejjet fl-art u meta raw hekk, iż-żewġt irġiel urew il-ħsieb li jitilqu ’l hemm. Iżda qabel ma għamlu dan, qab­du l-ġakketta li kien liebes il-vitt­ma u rabtulu saqajh biha. Iżda x’ħin kienu se jitilqu minn fuq il-post, l-akkużat, iddeċieda li jerġa’ jdur lura, ħataf lill-vittma u reġa’ stuprah. Wara li dam jistuprah għal diversi minuti, l-akkużat telaq lill-vittma fl-art, poġġielu l-‘pull over’ fuq rasu u telaq ’l hemm bil-flus u bil-mowbajl tal-vittma.
Il-vittma għamel madwar għaxar minuti f’agunija, iżda meta beda jistejqer ftit ipprova jħoll l-irbit li għamlulu ma’ saqajh u mar ifittex l-għajnuna. Malti li nzerta kien għaddej minn dan il-post, sejjaħ ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. X’ħin ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Lawrence Quintano, filwaqt li sabet lill-akkużat ħati wara li hu stess ammetta, qieset diversi fatturi. Fost l-oħ­rajn il-Qorti qieset l-ammissjoni tal-akkużat qabel ma ġie fformat ġuri. Madankollu l-Qorti qalet li din l-ammissjoni ma tistax tit­qies bħala waħda bikrija.

L-akkużat Ahmed Issa kien ikkundannat disa’ snin ħabs. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avu­kat Aaron Bugeja filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat Joe Mifsud.

No comments:

Post a Comment