Wednesday 21 September 2011

L-Orizzont: Ma naqbel assolutament xejn

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ittri'&ID2=1970
20.9.11 minn PEPPI AZZOPARDI, Ħal Qormi

Sur Editur,

Nirreferi għall-artikli u għall-Edi­torjal ippubblikati fil-ġur­nal tiegħek l-orizzont dwar il-grupp fuq Facebook "DNA Nazzjonalist biss u sal-mewt", li fihom intqal li jien kont membru ta' dan il-grupp.
Kif jaf żgur l-Editur, f'dawn it-tip ta' gruppi jistgħu jdaħħluk mingħajr ma tkun taf. Jien sirt naf li qiegħed f'dan il-grupp minn dan il-ġurnal u la qatt tlabt u lanqas qatt m'aċ­ċet­tajt li nkun membru f'dan il-grupp.
Bħal kull min għandu tele­viż­joni f'Malta u f'Għawdex, l-Editur jaf ukoll x'inhi l-po­żizzjoni tiegħi dwar il-persuni LGBT u l-immigranti.
L-Editur jaf li kien "Xarabank" li xandar l-ewwel żwieġ bejn koppja omosesswali fuq it-televiżjoni Malti. L-Editur jaf tajjeb ukoll li jien ilni mill-inqas 20 sena nħambaq li l-koppji tal-istess sess għandhom ikollhom dritt jiżżewġu u anke jadottaw it-tfal u jrabbuhom bħala familja.
L-istess fuq l-immigranti. L-Editur jaf li kien "Xarabank" li xandar filmati li wrew kif xi immigranti kienu ġew aggredi­ti mis-suldati Maltin waqt pro­testa. Kien "Xarabank" ukoll li daħal b'kamera moħbija fiċ-ċentri ta' detenzjoni u wera f'liema stat kienu qegħdin jin­żammu l-immigranti f'paj­jiż­na.
L-Editur jaf ukoll li kull meta jien tkellimt fuq l-immig­razzjoni dejjem insistejt li aktar ma jkollna immigranti iktar ikun aħjar għax inkunu qegħdin niċċelebraw id-diver­si­tà.
Kieku qabel kienu ppubbli­kati l-artikli, l-Editur kellu d-diċenza jistaqsini, l-affarijiet kienu jkunu ċari mill-ewwel u kien ikun jaf kif ismi spiċċa mdaħħal fi grupp li kulħadd jaf li jien ma naqbel assolutament xejn miegħu.

No comments:

Post a Comment