Wednesday 25 May 2011

LGBT Labour: Il-PL ifakkar il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija

Stqarrija, mahruga minn LGBT Labour, Partit Laburista
18 ta' Mejju 2011

Esperti minn oqsma differenti juru t-thassib taghhom li filwaqt li d-Dinja l-bierah 17 ta' Mejju kienet qed tfakkar il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, f'pajjizna qisu ma gara xejn tant illi l-ebda istituzzjoni ma harget stqarrija tfakkar din il-gurnata.


Dan hareg waqt diskussjoni organizzata mill-LGBT Labour f'Dar l-Ewropa hekk kif il-fergha fakkret mal-kumplament tal-Ewropa u d-Dinja il-Jum Dinji kontra l-Omofobija.

Tul id-diskussjoni kienu ttrattati diversi angoli differenti fosthom mill-aspett psikologiku, legali, socjali u anke fl-oqsma tax-xoghol.


Il-kelliema, Bernard Caruana Psikologu, Dr Rachel Tua, Albert Gauci Cunningham f'isem l-LGBT Labour, Michael Parnis f'isem il-GWU u Joe Gerada b'esperjenza kbira fil-qasam socjali ttrattaw l-effetti li l-omofobija qed thalli fuq is-socjeta/

Il-psikologu Bernard Caruana sahaq li l-omosesswalita mhijiex marda u ghaldaqstant minn jghid li din ghandha tigi kkurata jkun qed jizbalja. Sostna wkoll li wiehed kien jistenna li f'gurnata bhal din f'pajjizna, il-gvern kellu wkoll jikkommemora dan il-Jum.


Dr Rachel Tua, Ufficjal responsabbli mill-opportuntiajiet indaqs fi hdan il-Partit Laburista indirizzat il-qasam legali, u anke l-bullying fost l-ohrajn fuq iz-zghazagh ikkawzat mill-omofobija.

F'isem LGBT Labour, Albert Gauci Cunningham qal li l- omofobija hija hazina u kerha hafna fejn tista tiehu forom differenti.

Michael Parnis, tkellem dwar il-hidma tal-General Workers Union f'dan il-qasam fosthom anke b'materjal li l-Union ghandna biex jindirizza l-Omofobija u anke l-esperti li ghandha fi hdanha u li jghinu f'cirkostanzi bhal dawn bil-pariri taghhom.

Joe Gerada, Espert fil-qasam socjali tkellem dwar ir-rapport li dwaru ta' parir ghall-Kumtiat tar-Regjuni tal-Unjoni Ewropea, meta r-rapporteur Claudette Abela Baldacchino kellha l-inkariku li thejji rapport dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni. Fil-rapport l-Omofobija kienet ukoll indirizzata.

No comments:

Post a Comment