Saturday 28 May 2011

L-Orizzont: Transesswali tkun taf illum tistax tiżżewweġ jew le

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=72912
23.5.11

Il-Qorti Kostituzzjonali, pre­se­duta minn tliet imħallfin, illum se tagħti s-sentenza tagħ­ha dwar l-appell li l-Avukat Ġenerali għamel fuq Joanne Cassar (ritratt), il-persuna tran­sesswali ta' 29 sena li ngħa­­tat id-dritt li tiżżew­weġ.

Cassar telgħet ir-Renju Unit fejn għamlet l-operazzjoni li permezz tagħha bidlet is-sess tagħha minn raġel għal mara u wara talbet lill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili biex fiċ-ċertifikat tat-twelid is-sess tagħha jit­niżżel bħala femminili.

Fit-28 ta' Ġunju, 2006, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili ord­nat lid-Direttur tar-Reġistru jib­del l-isem "Joseph" għal "Joanne" u ċ-ċertifikat tat-twe­lid kien mibdul.

Cassar applikat ukoll biex tiżżewweġ lill-maħbub tagħha madankollu d-Direttur tar-Re­ġistru Pubbliku rrifjuta li joħ­roġ it-tnidijiet taż-żwieġ u kien għalhekk li talbet lill-Qor­ti Ċivili biex jordnalu joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ.

Fit-12 ta' Frar, 2007, il-Qorti Ċivili laqgħetilha t-talba ma­dan­­kollu d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku fetaħ kawża fejn talab li d-digriet jiġi revokat. Fil-21 ta' Mejju, 2008, it-talba tad-Direttur tar-Reġistru Pubb­li­ku kienet milqugħa u l-Qorti Ċivili sostniet li t-talba ta' Cassar biex tiżżewweġ persuna tas-sess maskil tmur kontra l-Att tal-1975 dwar iż-Żwieġ.

Cassar ħadet il-każ quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Se­de Kostituzzjonali) u fit-30 ta' Novembru, 2010 u l-Im­ħal­lef Raymond Pace dde­ċieda li meta d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku rrifjuta li jip­permetti transesswali tiż­żew­weġ lill-maħbub tagħha kien qed jikser l-Konvenzjoni Ew­ropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Waqt li qal li minn dakinhar li ċertifikat tat-twelid jinbidel allura l-persuna għandha tiġi kkonsidrata bħala tas-sess indikat fl-istess att ta' twelid, l-Imħallef Pace rrefera għall-pożizzjoni li ħadet il-Qorti Ewropea li persuna li bidlet is-sess tagħha b'mod irriversibb­li ma tistax titwaqqaf mill-Istat li tiżżewweġ persuna tas-sess oppost minn dak rikonox­xut mil-liġi.

Kien għalhekk li hu laqa' t-talba ta' Cassar u ddikjara li d-Direttur tar-Reġistru Pubb­li­ku ma jistax jirrifjuta li joħ­roġ it-tnidijiet taż-żwieġ tagħ­ha ma' tas-sess maskili. Ma­dan­kollu dan tal-aħħar ap­­pella u l-każ se jiġi deċiż illum.

Il-Moviment tal-Gays u l-Li]bjani qed jittama li l-Qorti Kostituzzjonali żżomm mad-deċiżjoni mogħtija mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u sostniet li jekk le Cassar xorta tista' terġa' tbiddel id-deċiż­jo­ni fil-Qorti Ewropea.

No comments:

Post a Comment