Wednesday 25 May 2011

It-Torċa: ‘Evanġelista jurta lill-gays’

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11660
22.5.2011 minn Fr Mark Montebello O.P.

In-nisrani hu fid-dmir li jħares, jiddefendi u jippromwovi mhux biss id-drittijiet leġittimi tiegħu nnifsu imma wkoll id-drittijiet leġittimi ta' ħaddieħor, anki meta ma jaqbilx magħhom. Minn hawn tintwera, għall-anqas f'dan il-qasam, il-kobor tal-imħabba tiegħu. In-nisrani ma jista' qatt jgħid li ma jimportahx jew m'għandux x'jaqsam mal-ħarsien, id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet ta' ħaddieħor meta dawn ikunu leġittimi u rispettużi.

Il-ġid komuni

Dan jorbot direttament mad-drittijiet tal-minoranzi fil-qafas tal-ġid komuni. In-nisrani ma jista' qatt jaċċetta li dak li nsejħu "ġid komuni" jkun biss ekwivalenti għall-ġid tal-maġġoranza. Il-ġid komuni mhuwiex magħmul biss mill-ġid tal-maġġoranza, imma mill-ġid ta' kulħadd: maġġoranza u minoranzi.

Li kieku ma kienx hekk, li kieku l-ġid komuni kien biss dak tal-maġġoranza, allura f'ħafna pajjiżi fejn l-insara huma minoranza, l-insara stess lanqas biss ikollhom id-dritt tal-libertà tal-kult. Mentri t-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika jżomm b'mod ċar li d-dritt tal-kult għandu jkun imħares, protett u ppromovut dejjem, anki fejn l-in-sara huma f'minoranza.

In-nisrani li jemmen f'soċjetà ġusta ma jistax ma jemminx ukoll fil-ħarsien, id-difiża u l-promozzjoni tad-drit-tijiet leġittimi tal-minoranzi kollha. Anzi, huma proprju l-ħarsien, id-difiża u l-pro-mozzjoni ta' dawn id-drittijiet li jikkwalifikaw lil dik is-soċ-jetà bħala waħda li tersaq qrib il-miġja tas-Saltna ta' Alla.

Is-Saltna ta' Alla mhijiex xi stat politiku, ekonomiku, soċjali u reliġjuż tal-maġġo-ranza. Hija Saltna ta' kulħadd, li tirrispetta lil kulħadd, li tħares, tiddefendi u tippromwovi d-dinjità, ir-rispett u d-drittijiet ta' kulħadd, l-aktar nett dawn taż-żgħir li jinsab f'minoranza.

Il-minoranzi

In-nisrani għandu d-dmir li jħares, jiddefendi u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi kollha sakemm dawn ikunu leġittimi u jkunu jirrispettaw id-drittijiet ta' ħaddieħor fil-qafas kollu tad-drittijiet tal-bniedem. Ħadd – minoranza jew maġġoranza – ma qatt jista' jkollu xi dritt li jikkalpesta d-drittijiet leġit-timi ta' ħaddieħor. Dan mhux dritt jissejjaħ, imma abbuż jew sfruttament.

Iżda meta d-drittijiet tal-minoranzi huma leġittimi u rispettużi, allura n-nisrani ma jistax ma jħarishomx, jiddefendihom u jippromwovihom bħallikieku kienu l-istess drittijiet tiegħu nnifsu. Hu għalhekk li l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jistqarr (para. 1889) li "L-imħabba hi l-aqwa kmandament soċjali. Tirrispetta lill-oħrajn u d-drittijiet tagħhom. Titlob li ssir ġustizzja li bl-imħabba biss ikollna l-ħila nħaddnuha. Tispira ħajja tal-għoti tiegħek innifsek".

L-imħabba nisranija titlob li l-insara jkunu qalbiena biżżejjed u bnedmin ta' fidi sabiex, fil-qasam tal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien, id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, imorru lil hinn minn kull perspettiva dejqa jew settarja. L-imħabba tagħhom tħaddan id-dinja. Bħal ta' Ġesù, l-imħabba tagħhom ma tafx fruntieri, għax hi imħabba universali u saħansitra kosmika.

Dmir morali

Fil-promozzjoni tal-ġid komuni, in-nisrani ma jistax iħares lejn il-valuri tiegħu biss, anki jekk iqishom aħjar jew isħeħ minn ta' ħaddieħor. In-nisrani hu msejjaħ li jirrikonoxxi li d-dinjità traxxen-dentali tal-bniedem tinkiseb b'diversi modi, għax l-Ispirtu ta' Alla mhuwiex magħluq f'xi qafas ta' twemmin wieħed biss, iżda jonfoħ fejn irid u kif irid.

In-nisrani jirrikonoxxi li l-kundizzjonijiet għall-bini u l-ħarsien tal-ġustizzja soċjali f'ekwivalenza mal-valuri tas-Saltna ta' Alla mhux dejjem għandhom jaqblu għal kollox mal-mudelli politiċi, soċjali, ekonomiċi u reliġjużi li jemmen fihom hu. Jeżistu ħafna kundizzjonijiet xierqa u ta' ġieħ oħrajn li jwasslu għall-istess ideal. F'dawn kollha, hu Alla li jaħdem f'kollox u f'kulħadd għall-ġid.

Hu dmir morali ta' kulħadd, l-aktar nett tan-nis-rani, li jħalli lil kulħadd jip-parteċipa bil-mod tiegħu biex jiġi 'l quddiem il-ġid komuni billi jħaddem il-vokazzjoni partikulari tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar, għan-nisrani dan id-dmir morali jfisser li l-konverżjoni kontinwa tiegħu m'għandhiex tħares biss lejn il-mogħdijiet li hu jemmen li għandu jgħaddi minnhom biex jasal għand Alla. Għand-

ha tħares ukoll lejn il-mogħ-dijiet li jieħu ħaddieħor, anki jekk fil-mixja tiegħu lejn Alla jgħaddi minn toroq li n-nisrani ma japprovax.

L-imħabba ta' Ġesù tinsab f'kull mogħdija. "F'dan qiegħda l-imħabba," jgħid Ġesù, "Mhux għax intom ħabbejtu lili, imma għax jien ħabbejt lilkom, u tajt ħajti b'fidwa għalikom."

No comments:

Post a Comment