Tuesday 8 March 2011

L-Orizzont: L-MGRM tappoġġja l-Moviment Iva għad-Divorzju

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=70840
8.3.2011

L-MGRM sostniet li d-divor­zju huwa dritt ċivili li għandu jkun legalment disponibbli għal dawk kollha residenti f’Mal­ta. Filwaqt li l-MGRM tħad­dan definizzjoni wiesgħa tal-familja li mhijiex ristretta għall-istituzzjoni ta’ żwieġ, tap­poġġja d-dritt ta’ żewġ adul­ti li b’kunsens jidħlu fi żwieġ ċivili u li jtemmu dan l-arran­ġament meta r-relazzjoni, għal kwalunkwe raġuni, titkisser.

L-MGRM qalet li topponi l-kunċett ta’ stat protettiv li jiddetermina għal kemm żmien adulti għandhom iħobbu lil xulxin. Din hija għażla li tinsab biss fl-individwi kkonċernati. Ladarba ż-żwieġ tkisser irrimedjabilment, allura l-pos­sib­biltà li wiehed jerga’ jiż­żew­weġ għandha tkun hemm bid-drittijiet u l-obbligi kollha mar­­butin maż-żwieġ.

L-MGRM tirrikonoxxi li għan­du jkun hemm provvediment adekwat għat-tfal iżda wkoll izzomm li dan japplika rrispettivament mill-istatus re­lazzjonali tal-ġenituri nvoluti. Ġenituri għandhom jipprovdu għat-tfal tagħhom kemm jekk huma miżżewġin, separa­ti, jikkoabitaw, divorzjati, reġ­għu żżewġu jew li jkollhom kwa­lunkwe status ieħor. Minbarra hekk, leġiżlazzjoni attwa­li diġà jipprevedi l-manteniment tat-tfal fejn ir-relazzjoni spiccat.

L-MGRM tirrikonoxxi wkoll li fejn ġenitur ikun għażel li jċedi karriera biex iwettaq doveri ta’ kura tat-tfal, allura dan għandu jkun adegwatament kumpensat mill-ġenitur l-ie­ħor mas-separazzjoni jew divorzju u dan sakemm l-obbligi tat-trobbija tat-tfal jipprevje­nu l-genitur li jidhol fl-imp­jieg u jsostni lilu nnifsu finanzjarjament.

L-MGRM għalhekk jappogg­ja l-Moviment IVA favur id-Di­vorzju.

No comments:

Post a Comment