Wednesday 21 July 2010

L-Orizzont: L-Omosesswalità

Artiklu ppubblikat fil-harga ta' l-orizzont tat-Tlieta, 13 ta' Lulju 2010, f'Pagna 15

Minn MARIETTE BORG (MOVE Studenti Progressivi)

Dawn l-ahhar xhur rajna hafna ghaqdiet li qed jaqbdzu ghad-drittijiet tal-omosesswali. Fostom insibu, MGRM, Moviment Grafitti u LGBT Labour. Sahansitra, l-ghaqda studenteska Move, ghamilna diskussjoniji fuq il-kampus tal-Universita' biex nqajmu gharfien fuq dan l-aspett. Permess ta' dan l-artiklu nixtieq nkompli ma fejn hallejna.

Min opportunitajiet li nitkellem ma nies b'sessualita' differenti, indunajt li il-hajja ta' persuna omosesswali hija difficli hafna. Persuna omosesswali tghaddi minn diversi fazijiet. L-ewwel iridu jitghallmu jaccettaw lilhom infushom, iridu jaraw kif ser jaffrontaw lill-familji taghhom u lil shabhom meta jaslu fdin il-fazi, huma jsejhula "coming out". Jekk ikunu fortunati, shabhom u l-familjari taghhom, jaccettawhom, jekk le, irridu jaccettaw il-fatt u jghixu biha. Punt li xejn m'huwa facli ghal dawn in-nies.

Il-Kultura u s-socjeta' maltija, tpoggi lil dawn in-nies bhala minorita', ghalhekk issibu sitwazzjonijiet difficli, li basikament irridu jhabtu wicchom maghhom ta' kuljum. Sa ftit snin ilu, ezattamnet qabel is-snin 70, l-omosesswalita' kienet titqies bhala Kriminalita', specjalment l-irgiel. Nisa ma kienux jitqisu daqstant bhala kriminali. Grazzi ghal-gvern tas-sena 1971, l-omosesswalita' ma baqghetx titqies bhala att kriminali.

Wiehed mis-setturi, li l-LGBT isibu problemi fih huwa x-xoghol. Ix-xoghol, bhal ma jaf kulhadd huwa mezz kif dak li jkun ihossu parti mis-socjeta' u ghalhekk ihossu b'sahtu, kemm fizikamnet u kif ukoll mentalment. Surveys nazzjonali li saru ikkonkludew, li irgiel omosesswali huma laktar nies li huma qeghda. Hafna minnhom jirnexxilhom jahdmu ghal rasom. Fost xogholijiet li nsibu huma, hairdressers u disinjaturi tal-hwejjeg. Nies li jahdmu f'oqsma ta' xogholijiet ohra jsoffru min diskriminazjoni u harassment. Ghalhekk jipreferu ma jahdmux milli jkunu abbuzati fuq il-post tax-xoghol. Hafna min dawn in-nies l-anqas jinghataw opportunita' ta promotions minhabba l-fatt li huma parti mil-komunita' tal-LGBT.

Illum, l-omosesswali qedghin jizdiedu minhabba l-fatt li m'ghadomx jibzghu juru s-sesswalita' taghhom, u ghalhekk qedghin jaqbzu ghad-drittijiet taghhom. Filfatt, fil-bidu tal-Gay Parades kienu johorgu ftit nies, illum il-gurnata min ftit nies, sar ikun hemm miljuni ta nies li gejjin mil-komunita' tal-LGBT.

Kif dejjem nishoq fl-artikli tieghi, dejjem nghid li s-socjeta' taghna dejjem tinbidel mma l-politica socjali ta' pajjizna dejjem tibqa l-istess, wahda antikwata. Illum madwar id-dinja, apparti, l-familja tradizzjonali, qedghin insibu familji li huma mexxija min koppji omosesswali. Minix ha nidhol fil-kas tal-addozzjoni, pero ha nidhol f'problemi socjali li jiltaqghu maghhom koppji omosesswali f'Malta.

Koppja omosesswali li tkun ila ghal hafna snin tghix flimkien, isibu problemi fej ghandom xjaqsmu regolamenti tal-isptarijiet. Bir-regolamenti tal-isptarijiet, l-informazzjoni dwar is-sahha tal-pazjent tinghata biss lil familjari. Ghalhekk, minhabba li dawn il-koppji, m'humix rikonoxxuti min naha tal-istat li huma koppja, ma jitqisux bhla familjari u ma jinghatux informazzjoni. Fattur iehor li jinkwetani huwa meta xi hadd mil-koppja omosesswali imut minghajr testment, dawn m'ghandomx dritt ghal wirt.

Dawn il-ftit mil-hafna drittijiet li qed tigi mcahda minnom din il-komunita' tal-LGBT jistghu jinghataw biss fis-sistema tac-Civil Partnership. Fejn huma jigu rikonoxxuti bhala koppja / familja mil-istat. Civil partnership huma l-istess drittijiet (fost dawk li ma semmejtx hemm, il-penzjoni, taxxa u sigurata socjali) bhal dawk ta' koppja eterosesswali mizzewga.

Irridu nitghalmu nkunu socjeta' inklussiva, irridu nitghalmu naccettaw id-diversita' u min din id-diversita' noholqu unita'.

Marietteborg87@gmail.com

No comments:

Post a Comment