Wednesday 19 May 2010

L-Orizzont: L-MGRM tfakkar il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija u t-Transfobija

14 (?) ta' Mejju 2010

Il-Malta Gay Rights Movement flimkien ma’ Drachma, nhar it-Tnejn 17 ta’ Mejju, se jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet oħrajn li jaħdmu għad-drittijiet tal-komunità gay f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja biex jiċċelebraw il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija u t-Transfobija (IDAHO).

Din il-ġurnata kommemorattiva għandha l-intenzjoni li tfakkar lil dawk kollha ta’ rieda tajba li l-omofobija u t-transfobija huma reazzjonijiet mhux xierqa li għandhom jiġu miġ ġielda apertament f’soċjetajiet demokratiċi.

It-tema għas-sena 2010 hija r-reliġjonijiet u l-oppressjoni re liġjuża ta’ minoritajiet sesswali. Madwar id-dinja, f’kuntesti soċjali u kulturali differenti, il-vjolenza omofobika u transfobika ħafna drabi hija instigata minn persuni li jużaw argumenti reliġjużi biex jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom.

Din is-sena, attivisti involuti f’din il-kampanja jixtiequ jsemmgħu l-vuċijiet differenti eżis tenti li jilqgħu l-minoritajiet sesswali, u jitfgħu dawl fuq dawn il-vuċijiet, li ħafna drabi, huma iżolati, imwarrbin jew minsijin. L-attivitajiet qegħdin jiġu organizzati f’aktar minn 50 pajjiż madwar id-dinja, mill-Brażil, Costa Rica u t-Turkija sal-Iżrael, Cambodia u l-Ken- ja.

Il-Malta Gay Rights Movement flimkien mal-grupp gay nisrani Drachma se jinġabru Bieb il-Belt Valletta nhar it- Tnejn, 17 ta’ Mejju biex iqassmu fjuri lil dawk li jinzertaw għaddejjin bħala turija ta’ ħbiberija, rispett u kollaborazzjoni reċiproka. F’din l-attività msejħa “Fjuri ta’ Ħbiberija”, se jitqassmu fjuri flimkien ma ‘bookmark’ bi kwo tazzjonijiet stampati fuqha.

Il-kwotazzjonijiet magħżulin huma dawn;

“Ġenitur li jrabbi tifel biex ikun razzista jagħmel ħsara lit-tifel, jagħmel ħsara lill-komunità fejn jgħixu, jagħmel ħsara għat-tamiet tagħna għal dinja aħjar. Ġenitur li jgħallem tifel li hemm biss orjentazzjoni sesswali waħda u li l-oħrajn kollha huma ħżiena jiċħad l-umanità tagħna u tagħhom ukoll.” – Desmond Tutu, Isqof, attivist u rebbieħ tal-Premju Nobel.

“Għandna issa idea aktar b’saħħitha li li tkun gay jew leżbjana hi varjant minoritarju, mhux patoloġiku li jinsab regolarment fil-kundizzjoni umana, u qegħdin nibdew nifhmu li hemm forom ta’ żvilupp marbutin ma’ din il-kundizzjoni – pereżempju, li niġu permessi ngħixu b’mod onest u li ngħixu l-umanizzazzjoni tax-xewqat tagħ na b’mod miftuħ f’re azz jonijiet ma’ nies oħrajn bħalna.” – James Alison, Teologu.

Nittamaw li IDAHO 2010 iġġib magħha mewġa pożittiva ta’ aċċettazzjoni soċjali għall-minoritajiet sesswali madwar id-dinja, li tal-anqas jixtiequ jgħixu ħajjithom fil-paċi u t-trankwillità, ħielsa mill-pre ġudizzju, fastidju u vjolenza u għal dawk li għandhom il-kuraġġ joħolmu, komunitajiet li jittrattawhom b’ugwaljanza u rispett u li jonoraw id-diversità tal-kundizzjoni umana.

MGRM tagħmel parti mill-grupp ta’ ħidma fuq il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea “Għad-Diversità. Kontra d-Diskriminazzjoni.” (FDAD).

Il-kampanja timmira li tqaj jem aktar kuxjenza dwar id-diskriminazzjoni u żżid l-għarfien dwar il-liġijiet tal-UE li jeżistu biex jipproteġu lil kull membru tas-soċjetà. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.stop-discrimination.info.

No comments:

Post a Comment