Monday 22 March 2010

L-Orizzont: Għada jkun varat il-ktieb dwar l-istorja tal-gays f’Malta

19.3.10

Għada s-Sibt ikun varat uffiċjalment f’Malta l-ktieb “Queer Mediterranean Me mo ries”, li jitratta b’mod riċerkat u dokumentat l-istorja sigrieta tal-gay Maltin fiż-żmien l-imgħoddi u t-tfixkil li dawn għadhom iħabbtu wiċċhom miegħu fil-ġlieda tagħhom għall-urgwaljanza u tħaris ta’ drittijiet fundamentali tagħ hom.

L-awtur ta’ dan il-ktieb huwa l-avukat Joseph Chetcuti, attivist gay li mhux biss huwa magħruf sew fl-Awstralja fejn jgħix iżda anke f’Malta speċjalment wara li fl-1997 kien ħareġ ktieb ieħor fuq l-istess linja, “Il-Ktieb Roża”, li safejn huwa magħruf kien l-ewwel ktieb li qatt inkiteb bl-ilsien Malti li kien jittratta l-omosesswalità.

Fil-ktieb il-ġdid tiegħu, Dr Chetcuti jagħti ħarsa fost oħrajn lejn l-iżvilupp legali, soċjali, kulturali u anke letterarju tal-omosesswalità fil-gżejjer Mal tin. Jinkludi wkoll sensiela ta’ stejjer umani fejn ma tonqosx ukoll l-ispekulazzjoni dwar l-orjentament sesswali ta’ għadd ta’ personalitajiet storiċi.

San Pawl huwa wieħed minn fost għadd ta’ personalitajiet magħrufin li xi darba jew oħra għaddew minn Malta. Jissemmew ukoll Caravaggio, Lord Byron, Louis Mountbatten u Baden Powell. Personalitajiet Maltin magħrufin sew u li ssir referenza għalihom jinkludu lil San Ġorġ Preca, De Gray, Agata Barbara, Mons De Piro u Mabel Strickland.

Referenzi għall-ktieb “Queer Mediterranean Memories” diġà qanqlu diskussjoni sħuna fil-gżejjer Maltin, b’mod parti kolari għax jirrakkonta aspetti tal-komunità gay u lesbjana Maltija u anke jsemmi n-nies b’isimhom.

“Ikun suġġeriment assurd dak li wieħed jista’ jirrakkonta l-istorja ta’ persuni gay u lesbjani mingħajr ma jsemmi l-ismijiet ta’ xi wħud minn dawk li huma jew li kienu jagħmlu parti minnha. Immaġina ktieb dwar il-politiċi Maltin mingħajr ma jsemmi lill-politiċi Maltin b’isimhom,” spjega l-avukat Chet cuti.

Huwa jgħid li dawk kollha li jissemmew u li għadhom ħajjin, kienu informati b’dak li kien se jkun stampat u ħadd minnhom ma oġġezzjona. Xi wħud li mietu riċentement wkoll taw il-permess tagħhom. B’xi eċċezzjonijiet żgħar, dawk li huma mejtin issemmew għax ifformaw parti viżibbli mill-komunità gay u Lesbjana f’Malta, u f’ħafna mill-każi l-orjentament sesswali tagħhom kien sigriet miftuħ.

Il-varar tal-ktieb “Queer Mediterranean Memories” se jsir għada s-Sibt miċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika, Michael Brigulgio, waqt atti vità li se ssir fil-Workers’ Me morial Building, il-Belt, fil-4.45 p.m. Se ssir ukoll power point presentation u wara jkun hemm bibita. Għal din l-okkażjoni, l-ktieb se jkun qed jinbigħ bi prezz ridott ta’ €30. Kopji tiegħu jistgħu jinkisbu wkoll mill-kwartieri tal-Malta Gay Rights Movement.

No comments:

Post a Comment