Tuesday 16 February 2010

Il-ĠensIllum: PL 90 sena - Aġenda għas-snin li ġejjin

http://www.il-gensillum.com/news.asp?newscat=10&news=2252

Evarist Bartolo
Taħt il-PL tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. . .
Taħt il-PL tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. . .
Hemm il-ħtieġa ta' xandir pubbliku nazzjonali ħielet mill-jasar tal-Gvern. . .
Hemm il-ħtieġa ta' xandir pubbliku nazzjonali ħielet mill-jasar tal-Gvern. . .
13 ta'Frar 2010

Biex inkunu nafu fejn sejrin, irridu nkunu nafu fejn aħna u rridu nkunu nafu mnejn aħna ġejjin. Min iwarrab l-imgħoddi, jitlef l-identità tiegħu u ma jafx iżjed min hu, u jinġarr mal-kurrent bħal ħut mejjet. Ma jagħmilx sens li biex nidhru moderni nsiru qisna aġenzija tar-riklamar, ħsiebna biss fit-teknika tal-preżentazzjoni superfiċjali bla ebda valuri u prinċipji li jmexxuna u jispirawna.

Tul dawn l-aħħar 90 sena, għandna ħafna biex bħala Laburisti nkunu kburin bl-istorja tal-partit tagħna meta:

- daħħal il-vot għal kulħadd, nisa u rġiel li għall-ewwel darba kisbu leħen u sehem biex jinfluwenzaw dak li jiġri f’pajjiżna;

- daħħal il-libertà tal-ħsieb u tal-kuxjenza biex il-poplu tagħna jibda jinħeles mis-superstizzjonijiet u l-injoranza;


- daħħal is-separazzjoni bejn Knisja u Stat, u l-Knisja ma tibqax tiddetta kif għandek tivvota u timponi d-dnub il-mejjet kif kienet għamlet fuq il-Partit Laburista;

- daħħal drittijiet ċivili għal min kien imwarrab u mkasbar bħall-omosesswali;

- pajjiżna beda jmexxi lilu nnifsu u ma baqax bażi militari u navali, u jkun favur il-paċi flok il-gwerra.

Il-Partit Laburista għallimna naqbżu għal dak li hu tagħna, anki ma’ pajjiżi ferm ikbar minna. Bena l-ekonomija tal-pajjiż bl-aqwa riedni f’idejna: banek, ajruport u port, linja tal-ajru u tal-baħar, żviluppa t-turiżmu, il-fabbriki u t-tarznari. Daħħal l-edukazzjoni għat-tfal kollha u fetaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ. Bena s-servizzi soċjali biex jaqta’ l-faqar.

Tejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Ħoloq u qassam il-ġid u bdiet tikber il-klassi tan-nofs. Daħħal sistema nazzjonali tas-saħħa biex il-kura jeħodha kulħadd. Eluf ta’ familji qed jgħixu fi djar diċenti minħabba l-programm qawwi tal-Gvern Laburista biex jibni djar u jqassam art pubblika bl-irħis.

Fadlilna ħafna x’nagħmlu għall-ġid tal-poplu tagħna biex :

- ma nerġgħux insiru kolonja, u llum li ninsabu fl-Unjoni Ewropea rridu nsaħħu s-sehem tal-Parlament nazzjonali biex infasslu l-ħidma tal-Unjoni Ewropea mas-27 pajjiż ieħor u mal-istituzzjonijiet Ewropej ;

- ikollna kostituzzjoni repubblikana moderna adattata għas-seklu 21;

- indaħħlu drittijiet ċivili bħad-divorzju għal dawk li ż-żwieġ jitħarbtilhom, drittijiet umani sħaħ għall-omosesswali u t-transgender ;

- ikollna regolaturi tassew indipendenti u jaqbżu għaċ-ċittadini kontra l-abbużi tal-Gvern u tas-settur kummerċjali fil-prezzijiet, kontijiet u taxxi;

- ikollna xandir pubbliku nazzjonali ħieles mill-jasar tal-Gvern u li jkun spazju demokratiku li jesprimi d-diversità fil-pajjiż;

- ikollna servizzi pubbliċi tal-edukazzjoni, saħħa u ħarsien soċjali mill-aqwa;

- noħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal żvilupp ekonomiku qawwi marbut mal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien ambjentali.

Irridu nuru li kapaċi nwieġbu għal dak li jridu minna l-Maltin u l-Għawdxin fid-dinja tal-lum u ta’ għada.

No comments:

Post a Comment