Thursday 17 December 2009

L-Orizzont: Id-diskriminazzjoni f’Malta tibqa’ ma titrażżanx

17.12.9 minn Ufficcju Informazzjoni u Media tal-GWU

Ftit ilu l-Ewrobarometru lesta studju li kien għamel bejn Mej ju u Ġunju li għaddew dwar id-diskriminazzjoni għas-sena 2009 fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Dan l-istudju wera, b’fomm il-Maltin stess li ġew in tervistati, li d-diskriminazzjoni għadha rampanti f’mill-inqas erba’ oqsma fejn matul iż-żmien ftit li xejn sar biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.

Skont dan ir-rapport, id-diskriminazzjoni f’pajjiżna għadha tinħass sew u taqbeż sostanzjalment il-medja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-oriġini etnika u l-orjentazzjonmi sesswali, filwaqt li d-diskriminazzjoni f’pajjiżna fir-rigward ta’ età, di żabilità u ugwaljanza bejn is-sessi, għalkemm għadha għolja xorta hija kemm kemm inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Dak li rriżulta mill-istudju tal-Ew robarometru huwa ta’ min jixtarru għax għandu għal xiex iħasseb billi juri li l-isforzi li qegħdin isiru f’pajjiżna biex id-diskriminazzjoni f’kull forma titnaqqas għadhom mhux qegħdin jilħqu l-għanijiet tagħ hom kemm suppost.

F’pajjiżna ilna mhux ħażin nippriedkaw li l-opportunita jiet ikunu indaqs u l-istess għal kulħadd. Saħansitra għaddejna liġi u tajniha dan l-istess isem, iżda minkejja din il-liġi għadna ferm bogħod biex ngħidu li lħaqna dak li trid il-liġi. Għax għadna nisimgħu b’diversi każi fejn l-opportunitajiet mhumiex ikunu indaqs u aċċessibbli għal kulħadd l-istess.

Jekk insemmu s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità, li skont ir-rapport tal-Ewrobarometru d-dis kri minazzjoni f’dan il-qa sam tpoġġiet fir-raba’ post wara l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali u l-età, insibu li l-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs qiegħda tiġi injorata kontinwament billi sidien ta’ postijiet tax-xogħol ma jħaddmux magħhom persuni b’diżabilità.

Jiġifieri anke f’dan il-qasam, mhux imbilli ngħaddu l-liġijiet u minn fuq noqogħdu niftaħru kemm qegħdin nieħdu ħsieb dawk bi bżonnijiet speċjali meta mbagħad bil-liġijiet u l-ftaħir kollu s-sitwazzjoni għal bosta persuni tibqa’ ma tinbidilx.

L-istess fis-suq tax-xogħol. Id-diskriminazzjoni mhux talli mhix tonqos iżda donnu jidher li qiegħda ssir aktar rampanti. Għax għad hawn sidien ta’ pos tijiet tax-xogħol li ma jiddejqu xejn jiddiskriminaw anke sa ħansitra dwar l-orjentazzjoni sess wali tal-individwu. Dan fih innifsu mhux biss jikkwalifika għal diskriminazzjoni imma agħar minn hekk, għat-tkasbir tad-drittijiet tal-bniedem.

Imbagħad hemm ukoll diskriminazzjoni ma taqta’ xejn ma’ ħaddiema, sew Maltin u anke barranin, li mhumiex organizzati fi trejdunjin. Dawn għad­hom imċaħħdin minn kull protezzjoni soċjali u qegħdin jiġu sfruttati fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex denji għad-dinjità tal-bniedem fis-seklu 21.

Ħafna drabi dawn il-ħaddiema jiġu anke mheddin bl-im pjieg tagħhom biex iżommu bogħod mit-trejdunjins. U dan qed jiġri anke minkejja li l-Kos­tituzzjoni Repubblikana ta’ paj jiżna, li nhar il-Ħadd li għadda ċċelebrajna l-35 anniversarju tagħ ha, tipproteġi l-prinċipju u d-dritt tal-libertà tal-assoċjazzjoni. Diskriminazzjoni agħar minn din ftit issib meta jitqies li l-kostituzzjoni hija suprema fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Dawn huma ftit mill-każi fejn id-diskriminazzjoni hija eviden ti f’paj jiżna llum. Nittamaw li l-istħarriġ tal-Eurobarometer iser vi biex paj jiżna jixpruna lilu nnifsu u jiġġieled bis-serjetà l-ġlieda kontra d-dis kriminazzjo ni fil-forom kollha tagħ ha.

Jekk pajjiżna ma jagħmilx hekk se jibqa’ jkollna aktar nies diskri minati u sfruttati u allura nku nu qegħdin nidħqu bina nfusna meta ngħidu li f’Malta l-opportunitajiet huma ndaqs u l-istess għal kulħadd.



Se tiddaħħal id-Direttiva dwar is-Servizzi

Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ew ropea jridu jimplimentaw sat-28 ta’ dan ix-xahar id-Diret tiva dwar is-Servizzi.

Skont il-Kummissjoni Ewropea, din id-di rettiva għandha trendi l-ħajja eħfef għan-negozji li jipprovdu jew jużaw servizzi fl-Unjoni Ewropea. Dan se jsir billi jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi li se jieħdu ħsieb biex l-aċċess għas-suq ikun aktar facli.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi kienet adottata f’Diċembru tal-2006 wara l-kontroversja li kienet qajmet billi kienet tinklu di li x-xogħol portwali jkun jis ta’ jsir ukoll mill-ekwipaġġi tal-vapuri merkantili u mhux biss mill-ħaddiema tax-xatt.

Din id-direttiva, li dakinhar kie net aktar magħrufa bħala l-“Bolkenstein Directive” kienet thedded l-impjiegi tal-ħaddiema tax-xatt fil-portijiet Ewro pej, inkluż ta’ pajjiżna, u alla ħares ma kinux it-trejdunjins Ewropej, fosthom il-GWU, li mmexxijin mill-ETUC kienu rre żistew l-adozzjoni tad-Diret tiva.

Wara dan l-episodju, fejn il-Parlament Ewropew ma kienx approva d-Direttiva, saru attentati oħrajn minn interessi kummercjali biex idgħajfu s-saħħa tat-trejdunjins u taħt l-is kuża tal-kummerċ ħieles, ikun faċilitat l-isfruttament tal-ħaddiema.

Għalkemm, bix-xogħol tal-ETUC u l-ħidma tal-Gruppi tax-Xellug fil-Parlament Ewro pew twaqqfu dak li riedu n-negozjanti l-kbar, xorta waħda sabu lill-Qorti Ewropea tagħtihom palata bid-deċiżjonijiet tagħha f’diversi każi, fosthom il-każ klassiku tal-kumpanija minn Latvja, Laval li ħadet kuntratt ta’ xogħol fl-Isvezja. F’dan il-każ, il-Qorti Ewropea kienet iddeċidiet favur il-kumpanija u ċaħħdet lill-ħaddiema Latvjani mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddie ma Svediżi u allura wkoll mill-protezzjoni trejdunjonistika li jgawdu l-ħaddiema fl-Isvezja.

B’dik id-deċiżjoni tal-Qorti Ew ropea, kum paniji u kuntratturi ngħataw id-dritt li jagħ tu lill-ħaddiema tagħhom pagi u kundizzjonijiet tal-pajjiż minn fejn ikunu oriġinaw u mhux dawk tal-pajjiż fejn iku nu qegħdin jaħdmu.

Fi ftit kliem dan ifisser li jekk ħaddiema Maltin jintbagħ tu għal xi żmien jaħdmu f’xi pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-pagi u l-kundizzjonijiet li jkollhom dawn il-ħaddiema jkunu daqs li kieku baqgħu jaħdmu f’Malta u mhux il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-pajjiż li jkunu ntbagħtu jaħdmu fih. Dan ukoll jikkwa lifika għal sfruttament tal-ħaddiema.

Issa, bid-Direttiva tas-Ser vizzi li se tidħol fis-seħħ lejn l-aħħar ta’ din is-sena, kuntratturi barranin jieħdu kuntratti mingħajr irbit tar-regoli lokali u l-pagi u l-kundizzjonijiet iku nu determinati mill-kuntrattur.

Filwaqt li wieħed ma jistax jiċħad il-vantaġġi li d-Direttiva se toħloq biex tiffaċilita l-aċ ċess għal kumpaniji żgħar u daqs medju u għal kuntratturi biex jagħtu servizz f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra iżda d-Diretti va ma titkellem xejn dwar il-kun dizzjonijiet u l-protezzjoni tal-ħaddiema. U dan kollu f’isem it-twaqqiegħ tal-barrieri biex is-suq tas-servizzi jkun ħie les mill-irbit u x-xkiel buro kratiku.

Filwaqt li hu veru li hemm direttivi Ewropej oħrajn li jsos tnu l-protezzjoni tal-ħaddiema, b’danakollu, id-de ċiż jo ni jiet tal-Qorti Ewropea ħol qu pre­ċedenti li faċli jkunu ap pli kati minn interessi u negozji u l-vittma jibqa’ jkun dejjem il-ħaddiem.



No comments:

Post a Comment