Monday 23 November 2009

It-Torċa: Ix-xogħol: waħda mill-problemi kbar li jiltaqgħu magħha persuni LGTB

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=8723
22.11.9

“Persuni lesbjani, irġiel gay, bisesswali u persuni trans-gender (LTGB) qiegħdin jaffaċjaw problemi kbar fis-soċjetà, anki f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol. Meta tmur tfittex ix-xogħol, jgħidulek; jien ma inħaddimx nies bħalek, mingħajr ma jkunu jafu min int jew x’taf”

Hekk sostniet Brenda Scerri, persuna transgender meta kienet ikkuntatjata mit-TORĊA, fejn esprimiet il-ħsi-bijiet tagħha dwar il-problemi li qed jaffaċjaw persuni LGTB fis-soċjetà Maltija u dan anke, fid-dawl tal-policy paper im-fassla mill-General Workers Union (GWU) li tiddiskuti d-drittijiet ta’ dawn il-persuni fuq il-post tax-xogħol. Din il-policy paper kienet approvata mill-Kungress Nazzjonali tal-GWU li sar fil-5 ta’ Ottubru li għadda.

Brenda Screrri sostniet li, dawk li jħaddmu hemm bżonn li jkunu konxji li persuna trans-gender fuq il-post tax-xogħol “tgħaddi minn martirju sħiħ bħal bullying, tkasbir u iżola-ment”. Filwaqt li qalet li hi qatt ma għaddiet minn esperjenzi koroħ bħal dawn, kellha titlaq minn postijiet tax-xogħol min-ħabba ċirkostanzi simili min-kejja li kellha xogħol għal qalbha.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Brenda tgħid li l-leġislaturi li kienu favur biex Malta issir membru tal-Unjoni Ewropea “sal-lum għadhom ma għad-dewx liġi waħda favur tagħna! Tal-mistħija jien ċittadina Ewropea u inħallas it-taxxi bħal ħaddieħor … fejn huma d-drittjiet tiegħi?” staqsiet Brenda. Apparti minn hekk, Brenda tgħid ukoll li mhux talli ma tħossx li hemm xi qafas legali li jipproteġiha bħala ċittadina Ewropea, iżda lanqas għandha identità.

Qalet li kien biss bis-saħħa tal-Partit Laburista u tal-GWU, li fl-aħħar xi ħadd irealizza li LGTB ma jridu xejn iktar minn ħaddieħor, għajr li jgħixu ħajja diċenti, jkollhom xogħol u jgawdu l-familja bħal kulħadd.

Fid-dawl ta’ dan f’Summit li iddiskutat l-Ugwaljanza fil-Konferenza Presidenzjali dwar id-diskriminazzjoni, kienet imfaħħra l-inizjattiva tal-GWU biex tiġi miġġielda d-diskri-minazzjoni fil-konfront ta’ persuni LGTB. Intqal li per-mezz ta’ policy paper li l-GWU ippublikat, qiegħda tagħmel użu mill-pożizzjoni tagħha bħala l-akbar Union tal-pajjiż, biex teduka lill-membri tagħha u iżżid il-kuxjenza dwar dan is-suġġett fost il-oplu.

Intant, it-TORĊA ħadet il-kummenti wkoll ta’ Carmen Caruana, li hija persuna gay, fejn qalet li l-problema l-kbira ta’ persuni LGTB hija l-biża’. Sostniet li ħafna minn dawn in-nies, jibżew jiftħu qalbhom ma’ sħabhom tax-xogħol fuq l-orjentazzjoni esswali tagħhom għax inkella joqogħdu jgħad-duhom biż-żmien. “Din hija sitwazzjoni skomda ħafna u twassal biex ċerti nies jitilqu mix-xogħol jew f’każijiet aktar estremi jispiċċaw bi problemi psikoloġiċi u nuqqas ta’ fiduċja fihom infushom”.

Qalet li l-problemi jibdew waqt l-interview “għax normalment l-avventura tax-xogħol tagħhom tieqaf hemm. Apparti minn hekk, ħafna minn nies jagħlqulhom il-bieb f’wiċċhom u jgħidulhom li nies bħalhom ma jimpjegawhomx. Din hija sitwazzjoni gravi ħafna għax dawn in-nies jispiċċaw jagħmlu affarijiet li ma jkununx iridu biex jgħixu”.

Fil-fehma tagħha, Carmen tgħid li f’Malta għadna lura ħafna f’kull qasam speċjalment fejn jidħol ix-xogħol. Irrimar-kat li l-unika liġi li hawn f’Mal-ta li tiproteġi lil nies LGTB hija dik ta’ fuq il-post tax-xogħol, “però liġi miktuba mhix kollox u ftit nies jafu biha”. Żiedet tgħid li l-unika Union li bdiet titkellem dwar dawn il-proble-mi hija l-GWU li dejjem uriet interess biex tissalvagwarjda l-interessi tal-ħaddiema kollha.

Sostniet li l-policy paper li ppublikat il-GWU huwa pass importanti għal nies LGTB għax b’hekk “ikunu nafu dwar kif dawn l-istituzzjonijiet qed jiddefendunha u qed jagħtu każ l-problemi tagħhom”. Qalet li l-Partit Laburista wkoll ħa inizjattiva simili meta waq-qaf fi ħdanu l-LGTB Labour.

No comments:

Post a Comment