Tuesday 6 October 2009

L-Orizzont: SE NIBQGĦU… KREDIBBLI, KOMPETENTI U KONSISTENTI

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=57183
6.10.9

[Parti mill-artiklu.]

Id-delegati u ‘shop stewards’ tal-GWU lbieraħ filgħodu nġabru fil-WMB għall-Kungress Nazzjonali tal-2009 li kien jaħbat ukoll il-jum li fih l-unjin kienet qiegħda tiċċelebra s-66 anniversarju tagħha.

Fil-Kungress Nazzjonali tal-bieraħ, li kellu t-tema “Kre di bilità, Kompetenza, Konsistenza”, id-delegati u x-‘shop stewards’ approvaw unaninament l-Amministrazzjoni Ċen trali li se tmexxi lill-unjin fl-erba’ snin li ġejjin.

...

Id-Delegati tal-GWU approvaw b’mod unanimu l-ħames dokumenti ppreżentati lilhom. Dawn id-dokumenti jitkellmu dwar “Ħaddiema lesbjani, irġiel gay, bisesswali u persini transgrnder,” Ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol b’enfasi fuq il-ġeneru,” “Politika tal-Pagi,” “Ħaddiema immigranti” kif ukoll id-dokument “Protezzjoni tad-Data.”

...

Zarb sostna li “rridu nibqgħu niġġeddu u nkunu proattivi. Irridu nibqgħu nkunu minn ta’ quddiem fl-istorja soċjo-ekonomika tal-pajjiż. Irridu nib­qgħu niddefendu l-livell t’għix ien tal-familji Maltin iku nu x’ikunu ċ-ċirkostanzi. Nib qgħu dik il-forza progressiva ma’ kull żmien il-ħaddiema, iż-żgħa żagħ, il-pensjonanti u l-familji jaraw fina. Dan għax aħna jekk nemmnu f’xi ħaġa nwet tquha. Lesti li nagħmlu dan kollu flimkien bħala għaqda waħda għax hekk hemm bżonn li nagħmlu fl-aħjar interess tal-ħaddiema speċjalment fiż-żmi en meta l-politika tal-Gvern tkun li jkompli jitfa’ l-piżijiet fuq il-ħaddiema. Gvern b’politika li tkompli tgħabbi lil min l-inqas li jiflaħ iġorr u ma jismax il-karba li jkun qiegħed jagħmillu l-poplu li ma jiflaħx aktar. Politika li hi allura nsensittiva għall-qagħda tal-poplu Malti.” Tenna li “trid tkun il-GWU li mhux biss iġġib fil-wiċċ il-weġ għat tal-poplu, iżda wkoll li naħ dmu biex inbiegħdu lill-poplu minn dawn id-diffikultajiet li għandu quddiemu. Ikun tajjeb li nwasslu messaġġ ċar lill-Gvern: “il-poplu ma jiflaħx aktar. Tkomplix tinjora dan l-appell u tibqa’ tgħabbi lill-poplu għax se jkun il-poplu li fl-aħħar iwaqqfek”.

Zarb qal li “f’dan l-ambitu partikolari, irridu nwasslu stedina speċjalment lill-unjins f’paj jiżna u lill-organizazzjonijiet oħrajn u ngħidulhom li l-GWU lesta li taħdem ma’ kul ħadd fl-interess tal-ħaddiema u tal-pajjiż. Illum qassamna wkoll ħames ‘policy papers’ ġodda li l-Kunsill Nazzjonali approva. Dan juri d-dina miżmu tal-GWU. F’dawn il-‘policy papers’ qegħdin nuru li aħna nagħtu spazju u leħen lil kulħadd. Bħala stituzzjoni nazzjonali, jinteressana mhux biss il-qagħda tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol iżda anki il-ħajja tal-ħaddiem barra l-post tax-xogħol. Għax aħna nħarsu lejn il-ħaddiem bħala bniedem sħiħ fit-totalità. Il-‘policy papers’ jitkellmu dwar il-ħaddiema’ immigranti, l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol li tista’ tiġi mminata, ‘wage policy’, il-ħaddiema lesbjani, gays, transes­swali u bi-sesswali u anki dwar il-protezzjoni tad-data.

...

2 comments:

  1. Hi Patrick,

    Ghalkemm huwa zvilupp posittiv, huwa wkoll mportanti li wiehed ikun jaf ezatt x'hemm miktub f'dawk il-policy papers...

    ReplyDelete
  2. Grazzi tal-kumment Virgil.

    Fil-fatt qed diġa staqsejt biex nġib kopja tad-dokument. Jekk nirċevih nagħmel link fuq il-blog.

    ReplyDelete