Thursday 22 October 2009

L-Orizzont: L-opinjoni ġenerali qiegħda tinbidel


Fejn qatt konna noħolmu li ż-żgħażagħ Maltin ikunu progressivi dwar ċerti suġġetti u kwistjonijiet li jinħolqu fil-pajjiż.

Sa ftit tas-snin ilu kien kważi “dnub” jekk isemmi l-kelma divorzju jew jekk titkellem favur id-drittijiet tal-omosesswali.

F’dan il-pajjiż, inħoss li bqajna lura wisq li nitkellmu dwar suġġetti tal-minoranzi jew suġġetti li jkunu qegħdin jeffetwaw b’mod ħażin lin-nies b’mod psikoloġiku u kif ukoll b’mod fattwali.

Ftit tal-jiem ilu għadu kif ġie ppublikat stħarriġ ikkum mis sjonat mill-għaqda MOVE. Ħarġu diversi riżultati interessanti, imma li hu żgur hu, li ħareġ ċar ħafna li l-opinjoni taż-żgħażagħ qiegħda tinbidel.

Il-maġġoranza assoluta taż-żgħa żagħ fl-Università ta’ Malta taqbel mad-divorzju, li kop pji li jkunu qegħdin jikkoabitaw jiġu rikkonoxuti legal ment u li jidħlu l-‘condom machines’ fl-Università. Dan filwaqt li l-maġġoranza jaqblu mad-dritt taż-żwieġ bejn persuni omoseswali u mal-‘morning after pill’.

Ħafna żgħażagħ jixtiequ l-bidla ta’ kif qegħdin jiġu rraġunati u mmexxijin ċerti suġġetti prinċipali fil-pajjiż. M’għadhomx iqisu dak kollu li tgħid il-Knisja bħala “vanġelu” u bħala l-unika triq tajba.

Ħafna żgħażagħ jixtiequ li dawn is-suġġetti jibdew jiġu diskussi b’mod aktar loġiku u mhux aktar b’mod spiritwali.

Irridu nibdew nirraġunaw u niddiskutu b’mod li nħossu verament dak li jixtiequ n-nies. Huwa vera li dak li jixtiequ n-nies mhuwiex dejjem it-tajjeb, imma suġġetti bħal dawn il-każi huwa differenti.

Dawn huma suġġetti li jolqtu b’mod dirett il-ħajja tan-nies, huma suġ ġetti fejn jolqtu b’mod ħaj il-problemi soċjali li jiltaqgħu magħhom in-nies.

Huwa vera li wieħed irid joqgħod attent li ma jkunx hemm abbużi meta jidħlu l-liġijiet imma b’hekk importanti li jkollna gvern serju li joħloq liġijiet ippjanati b’mod tajjeb ħafna biex tevita abbużi fil-liġijiet.

Nemmen li l-estremitajiet qatt mhuma tajbin u b’hekk ma nistgħux nibqgħu nżommu lura milli niddiskutu dawn is-suġġetti fil-pajjiż.

Ma naqbilx li dawn l-affarijiet imsemmijin hawn fuq ma jidħlux fis-sistema Maltija u fl-istess ħin ma naqbilx li jinfetħu l-affarijiet beraħ b’mod li kulħadd jispiċċa jagħmel li jrid b’konsegwenza li nibnu kultura fejn kollox huwa xorta.

Meta niftħu l-bieb b’mod legali u strutturat għal dawn is-suġġetti nkunu qegħdin niftħu l-bieb għal aktar inklussività fil-poplu tagħna.

Inkunu qegħdin nagħmlu aktar nies iħossuhom komdi li jgħixu f’dan il-pajjiż għax verament ikollna sistema fejn tittratta lil kulħadd bl-istess mod.

Gvern m’għandux ikun hemmhekk biss għal dawk li jimxu skont kif tgħid il-Knisja, imma gvern irid ikun hemm għal kulħadd u b’hekk kulħadd jrid jkollu l-istess drittijiet.

Inħossni kunfidenti li l-loġi ka se tkun qiegħda tirrenja aktar f’dan il-pajjiż.

Liġijiet bħal dawn għandhom ikunu ippjanti b’mod li min irid jimxi mall-progressività jista’ jimxi b’mod liberu u min irid jimxi b’mod konservattiv jista’ jgħix b’mod liberu wkoll.

Is-soċjetà għandha tkun mibnija fuq inklussività komuni bejn kulħadd.

No comments:

Post a Comment