Sunday 25 October 2009

It-Torċa: Il-ħarsien tad-drittijiet umani tal-persuni LGBT: Politika ta’ żewġ uċuħ

25.10.9 minn Sammy Sammut

Hawn min jiddeskriviha ‘diplomazija’ iżda ħafna aktar isejħulha politika ta’ żewġ uċuħ dik adottata mill-Gvern Malti fejn jidħlu d-drittijiet umani tal-persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali (LGBT) f’pajjiżna. Għax waqt li fil-pubbliku jew quddiem il-kameras tat-televiżjoni, speċjalment meta tkun fil-qrib xi elezzjoni, nisimgħu ħafna kontra d-diskriminazzjoni li ħafna għadhom ibatu, bl-unika raġuni tkun l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom, l-istess nies malajr ibiddlu d-diska f’fora internazzjonali, li b’kumbinazzjoni qatt ma jkunu rrapportati fuq il-mezzi tax-xandir tal-iStat.

Prova oħra ta’ din il-verità tal-fatti ngħatat fil-jiem li għaddew, meta membri tal-Malta Gay Rights Movement inġabru quddiem il-bini tal-Parlament fejn qassmu ittra miftuħa lir-rappreżentanti tal-poplu li kienu deħlin għas-seduta par-lamentari biex jiġbdulhom l-attenzjoni tagħhom għad-dis-kriminazzjoni li familji LGBT għadhom isofru minħabba n-nuqqas tar-rikonoxximent legali tas-sħubija bejn persuni tal-istess sess.

Familji LGBT jagħmlu parti mill-ħajja ta’ kuljum fl-erbat irjieħ tad-dinja u diversi pajjiżi llum jirrikonoxxu din ir-realtà, tant li ħolqu qafas legali ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet li jifformalizzaw ir-relazzjonijiet ta’ familji LGBT. Saħansitra ż-żwieġ issa huwa possibbli għal koppji tal-istess sess fil-Bel-ġju, fi Spanja, fl-Olanda, fil-Ka-nada, fl-Afrika t’Isfel, fin-Norveġja, fl-Isvezja kif ukoll f’għadd ta’ stati fl-Amerka, waqt li f’oħrajn jeżisti rikonoxximent ta’ forom oħrajn ta’ sħubija ċivili bejn koppji simili.



Għadhom diskriminati



Minkejja dan kollu, jekk ma jagħżlux jew ikunu kostretti li jeżiljaw ruħhom, il-familji LGBT f’pajjiżna għadhom iku-nu ddiskriminati, emarġinati u soċjalment esklużi. U dan kollu qed jitħalla jitkompla minkejja li nafu kemm jistgħu jkunu devastanti l-implikazzjonijiet li wieħed ikollu l-aktar relaz-zjonijiet importanti u intimi tiegħu mal-persuna li jħobb, miżmumin ‘il barra minn qafas ta’ protezzjoni u regolamentazzjoni legali.

Fl-ittra tiegħu, li magħha kellha mehmuż id-diskors li kien għamel il-Prim Ministru Spanjol, Josè Luis Rodrìguez Zapatero, meta ressaq għall-approvazzjoni tas-Senat l-ab-bozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili biex koppji tal-istess sess jingħataw id-dritt li jidħlu f’kuntratt taż-żwieġ, il-MGRM appella lid-deputati parlamentari Maltin biex permezz ta’ leġiżlazzjoni adegwata jsewwu l-inġustizzji li għadhom isofru f’pajjiżna familji LGBT b’mod li dawn jibdew ikunu trattati bħal familji tradizzjonali bid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li dan iġib miegħu.

Minkejja li preżenti ma kienx hemm il-kameras tal-is-tazzjon statali – għax bħal don-nu li kull attività li ssir b’risq persuni LGBT għall-PBS mhux ta’ min jirrapportaha – id-de-putati parlamentari kollha kie-nu ġentili mal-uffiċjali tal-MGRM. Fost dawn kien hemm il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li mhux biss aċċetta l-ittra mogħtija lilu iżda bit-tbis-sima solita tiegħu rringrazzja lill-attivisti tal-MGRM u sa-ħansitra awguralhom għal ħidmithom.

F’din l-imġiba tal-Prim Mi-nistru ma kien hemm xejn ħażin, anzi ta’ min ifaħħarha, anke jekk forsi kienet għal wiċċ il-membri tal-midja preżenti. Il-ħażin hu li l-Onor Gonzi naqas milli jinforma lill-istess uffiċjali tal-MGRM li fl-istess ġurnata f’Ġinevra kien qed jiltaqa’ l-Kunsill tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet Umani fit-tnax-il sessjoni regolari tiegħu, fejn bejn erba’ ħitan u ‘l bogħod mill-għajn, ir-rappreżentanti tiegħu ddik-jaraw diversi drabi li l-gvern Malti mhuwiex lest li jiċċaqlaq mill-pożizzjoni riġida tiegħu, waqt li kienu injorati r-rakko-mandazzjonijiet li saru minn diversi pajjiżi biex Malta tieħu aktar miżuri biex tkun miġ-ġielda d-diskriminazzjoni li għadha qiegħda ssir kontra persuni LGBT minħabba l-or-jentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom.



Żewġ uċuħ



Hija politika taż-żewġ uċuħ dik li fl-istess waqt li l-Prim Ministru jifraħ u jawgura lill-Malta Gay Rights Movement għal ħidmithom b’risq it-tħaris tad-drittijiet umani li għandu jkollhom familji LGBT, ir-rap-preżentanti tiegħu kienu qiegħdin jisħqu fil-Kunsill għad-Drittijiet Umani li għall-gvern Malti “iż-żwieġ jista’ biss isir bejn persuni ta’ sess oppost u li m’hemm l-ebda ħsieb li dan jinbidel”.

Il-gvern ta’ Lawrence Gonzi xejn mhu mħasseb bin-nuqqas tat-tħaris tad-drittijiet fundamentali ta’ persuni LGBT għax skont ir-rappreżentanti tiegħu “l-ikbar sfida għal Malta huma l-wasliet bla tmiem ta’ immigranti rregolari”, u l-kuxjenza tiegħu hija nadifa għax “id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali hija llegali u individwi huma protetti kon-tra diskriminazzjoni bħal din bl-istituzzjonijiet imwaqqfin mill-istat.”

Iżda dawn id-dikjarazzjonijiet retoriċi donnhom li xejn ma ssodisfaw lil ħafna mill-31 delegazzjoni li ħadu sehem fid-djalogu interattiv li sar fil-Kun-sill għad-Drittijiet Umani tal-Ġnus Magħquda dwar ir-rap-port tal-gvern Malti dwar l-andament tat-tħaris tad-dritti-jiet umani f’pajjiżna. Kienu ħafna l-interventi u r-rakko-mandazzjonijiet li saru, iżda għal-lum se nillimitaw ruħna għal dawk li jolqtu mill-qrib id-drittijiet fundamental tal-persuni LGBT.

Fost oħrajn, id-delegazzjoni Franċiża staqsiet xi pjani hemm għat-tisħiħ tal-arranġamenti legali eżistenti kontra d-diskri-minazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa u fuq il-post tax-xogħol. Irrakkomandat, fost oħrajn, li jkunu provduti arranġamenti għal koppji tal-istess sess biex igawdu l-istess drittijiet u obbligazzjonijiet gawduti minn koppji ta’ sess oppost.

Id-delegazzjoni Maltija wieġbet li l-gvern Malti jħoss li jekk jilleġiżlax jew le biex jir-rikonoxxi r-relazzjoni bejn żewġ persuni, irrispettivament mis-sess tagħhom, għandha tibqa’ materja ta’ kompetenza nazzjonali li tkun deċiża min-nu biss.



Rapporti ripetuti



Kien hemm ukoll id-dele-gazzjoni Olandiża li waqt li laqgħet l-isforzi ta’ Malta biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-or-jentament sesswali, innotat r-rapporti ripetuti dwar diskriminazzjoni kontinwa f’dan ir-rigward, kif ukoll iċ-ċaħda għar-rikonoxximent legali tal-koppji tal-istess sess. Irrakkomandat aktar miżuri għall-avvanz tal-ugwaljanza fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, billi fost oħran jintużaw il-prinċipji ta’ Yogyakarta bħala gwida għal politika simili.

Ta’ min jgħid li dawn il-prinċipji kienu mfasslin minn esperti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-ap-plikazzjoni tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet umani fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru. Kull wieħed minn dawn il-prinċipji, li llum il-ġurnata jgawdu l-appoġġ ta’ diversi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma hija l-Ġnus Magħquda, jirrappreżentaw l-abbużi u s-sofferenzi f’termini legali li ħafna għad-hom ibatu minħabba l-orjen-tament sesswali attwali jew maħsub tagħhom.

Iżda dwar dan, id-delegaz-zjoni Maltija wieġbet biss li l-gvern Malti mhux lest li juża l-Prinċipji ta’ Yogyakarta sem-pliċiment “għax dawn huma prinċipji li kienu diskussi u adottati minn għadd ta’ esperti li kienu qiegħdin jaġixxu fil-kwalità personali tagħhom.”



Edukazzjoni sesswali



Kien hemm ukoll delegazzjonijiet ta’ pajjiżi li saħqu fuq il-ħtieġa ta’ politika nazzjonali dwar l-edukazzjoni sesswali għax din hija kruċjali biex iku-nu realizzati d-drittijiet umani; biex Malta jkollha leġiżlazzjoni li tinkorpora l-istrumenti kollha internazzjonali dwar id-drittijiet umani kif ukoll li d-drittijiet tal-bniedem ikunu mgħallmin speċjalment fl-iskejjel; biex isiru sforzi akbar kontra l-persistenza ta’ sterjo-tipi tradizzjonali f’irwoli tal-identità tal-ġeneru; li ssir ħid-ma għal aktar konverġenza bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet umani li Malta tagħmel parti minnhom.

Ir-Repubblika Ċeka rrak-komandat lil Malta biex tadot-ta aktar miżuri biex tkun miġ-ġielda d-diskriminazzjoni u għall-promozzjoni – anke per-mezz ta’ kampanji pubbliċi – tat-tħaris tad-drittijiet umani ta’ kull persuna f’minorità fost-hom barranin, refuġjati, per-suni b’diżabilità u persuni LGBT. Fost oħrajn, l-Indja rrak-komandat li waqt li Malta għandha tkompli teżerċita d-dritt sovran fl-implimentazzjoni tal-liġijiet tagħha, hi għandha tagħmel dan b’kon-formità mal-istandards u n-normi internazzjoni tad-drit-tijiet umani.

Jidher li kienu biss id-dele-gazzjonijiet tas-Santa Sede u tal-Bangladesh – li kulħadd jaf il-pożizzjoni riġida tagħhom fejn jidħlu d-drittijiet ta’ per-suni LGBT – li faħħru bil-mif-tuħ lill-gvern Malti “għad-di-fiża tiegħu lill-familja bħala l-unit naturali u fundamentali tas-soċjetà bbażata fuq ir-relaz-zjoni stabbli bejn raġel u ma-ra.” Għal dan it-tifħir, id-de-legazzjoni Maltija tenniet li “ż-żwieġ jista’ jkun ikkuntrattwat biss bejn persuni ta’ sess op-post u m’hemm l-ebda pjani biex dan jinbidel.”



Xorta għadhom diskriminati...



Iżda bħal donnha ma wieġbet xejn għal dak li qalet id-delegazzjoni Belġjana li dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT innotat li waqt li teżisti protezzjoni legali fejn jidħol ix-xogħol, dawn il-persuni xorta għadhom ikunu diskriminati fuq il-post tax-xogħol, fl-aċċess ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni. Ħeġġet ukoll biex il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza – li bħa-lissa l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru ma jaqgħux taħt ir-remit tagħha – tassigura li tagħti attenzjoni ugwali għal kull forma ta’ diskriminazzjoni, tkun xi tkun ir-raġuni li għaliha ssir. Irrakkomandat ukoll biex Malta tagħmel dak kollu possibbli biex tikkum-batti kull forma ta’ diskriminazzjoni, inkluż dik ibbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali.

Fl-istess waqt, kienu diversi d-delegazzjonijiet li esprimew tħassib għall-fatt li Malta kie-net ilha snin sħaħ ma tressaq ir-rapporti quddiem il-Kunsill għad-Drittijiet Umani dwar l-andament tad-drittijiet umani f’pajjiżna, bid-delegazzjoni Maltija twieġeb li waqgħet lura f’dan l-obbligu billi kien hemm wisq xi jsir matul il-proċess għas-sħubija ta’ Malta fl-Un-joni Ewropea. Kien sostnut però li “bid-dħul ta’ Malta fl-UE fl-2004, it-tħaris tad-drit-tijiet tal-bniedem f’Malta ssaħ-ħaħ bl-aċċettazzjoni tal-ġuris-dizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.”

Minkejja dan, però, kienu diversi d-delegazzjonijiet bar-ranin li rrakkomandaw li Mal-ta tistudja l-possibbiltà li tistab-bilixxi istituzzjoni naz-zjonali għad-drittijiet umani li tkun akkreditata mill-Kumitat għall-Koordinazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Naz-zjonali għall-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet Umani, skont il-Prinċipji ta’ Pariġi.

Fit-tweġiba tagħha, id-de-legazzjoni Maltija qalet li fid-dawl tal-għadd ta’ istituzzjonijiet li għandha stabbiliti, Malta ma tħossx il-ħtieġa li jkollha awtorità distinta li tim-monitorja t-tħaris tad-drittijiet tal-bniedem. “Proċeduri ġu-dizzjarji effettivi, huma prefe-ruti minn istituzzjoni għad-drittijiet tal-bniedem,” saħqet id-delegazzjoni waqt li qalet li l-kwistjoni tinżamm “kontin-wament taħt il-lenti.”

Apparti mid-delegazzjonijiet ta’ pajjiżi differenti, saru wkoll interventi minn diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili, fosthom mill-fergħa Ewropea tal-International Lesbian and Gay Fede-ration (ILGA-Europe) flimkien mal-Canadian HIV/Aids Legal Network u l-Federatie Van Netherlandse Verenigingen Tot Integratie Van Homoseksualiteit Coc Nederland.



Rakkomandazzjonijiet



Dawn irrakkomandaw fost oħrajn li Malta tadotta aktar miżuri biex tikkumbatti d-dis-kriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-iden-tità tal-ġeneru.

B’mod partikolari, huma ħeġġew lil Malta biex tieħu passi konkreti biex tassigura li tkun żviluppata politika li tassigura lill-koppji tal-istess sess it-tgawdija ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet indaqs, kif ukoll bidla fl-istatus legali ta’ persuni transesswali, u anke li persuni lesbjani, gay u bisesswali jkollhom aċċess effettiv għal servizzi ta’ pariri dwar is-saħħa.

L-istess għaqdiet irrakkomandaw li Malta tinkludi b’mod espliċitu l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru fil-politika dwar is-saħħa ses-swali li qiegħda tkun imfassla, kif ukoll li tinvolvi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iż-vilupp, l-eżekuzzjoni u l-eval-wazzjoni ta’ dawn il-prog-rammi.

Dwar dan kollu, it-tweġiba tad-delegazzjoni Maltija kienet li ma kienx hemm aktar x’iżżid ħlief li ttenni l-impenn ta’ Mal-ta għall-promozzjoni u l-pro-tezzjoni tad-drittijiet umani bl-aħjar abbiltà tagħha, u sa fejn tista’ twettaq l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha. Saret enfasi li jeżistu diversi liġijiet li jikkumbattu d-diskri-minazzjoni iżda qiegħda ssir enfasi fuq it-taħriġ ta’ gruppi u organizzazzjonijiet pubbliċi, privati u volontarji biex kull diskriminazzjoni tintemm.



Bejn il-kliem u l-fatti....



Iżda kif jgħid il-Malti: bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. U l-politika b’żewġ uċuħ li miexi biha l-gvern nazzjonalista fejn jidħlu d-drittijiet tal-persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali, xejn ma tawgura futur aħjar mill-passat li ssarraf f’tant tbatija u sofferenzi għal ħafna, bl-uniku ‘tort’ li jista’ jkollhom ikun l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom.

Nemmnu li fid-dawl ta’ dan kollu, l-oppożizzjoni laburista tista’ tkun katalista u aktar proattiva billi wara d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, inklużi dawk tal-mexxej laburista Joseph Muscat b’difiża għad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBT, toħroġ b’miżuri kon-kreti kif dawn id-drittijiet umani jistgħu jkunu mħarsin u gawduti aktar, kif ukoll għall-inklużjoni ta’ kull persuna fl-iżvilupp tas-soċjetà Maltija rrispettivament mill-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru jew karatteristiċi oħrajn.

No comments:

Post a Comment