Tuesday 29 September 2009

L-Orizzont: Il-gays jitolbu għad-dritt taż-żwieġ

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=57025
29.9.9

Grupp ta’ gays il-bieraħ inġabru quddiem il-bini tal-Parlament fejn talbu lill-membri parlamentari biex idaħħlu fil-pajjiż id-dritt taż-żwieġ għall-koppji gays.

Membri fil-Malta Gay Rights Movement, il-grupp qassam stqarrija fejn fih ġibed l-attenzjoni tal-membri parlamentari li ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess huwa rikonoxxut fl-Olanda, il-Belġju, il-Kanada, Spanja, l-Afrika t’Isfel, in-Norveġja, l-Isvezja u l-istati Amerikani ta’ Connecticut, Massachusetts, Iowa, Vermont, Maine u New Hampshire.

Mal-istqarrija kien hemm mehmuża dikjarazzjoni li l-Prim Ministru Spanjol Josè Zapatero qara fit-30 ta’ Ġunju 2005 meta l-Gvern tiegħu daħħal fil-pajjiż id-dritt tal-gays li jiż-żewġu.

Il-gays lokali talbu lill-membri parlamentari taż-żewġ naħat biex ikollhom il-kuraġġ idaħħlu d-dritt taż-żwieġ bejn il-gays fil-liġi lokali u b’hekk iċ-ċittadini lokali jkunu trattati b’mod ugwali.

No comments:

Post a Comment