Tuesday 29 September 2009

It-Torċa: 47 rakkomandazzjoni lil Malta mill-Ġnus Magħquda

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=8498
27.9.9

Quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Ġnus Magħquda, din il-ġimgħa Malta sostniet li alissa għadha mhijiex f’pożizzjoni li tiffirma l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti. Dan fid-dawl tal-problemi li pajjiżna qed isib minħabba l-influss ta’ immig-ranti llegali f’pajjiżna.

Malta kienet qiegħda twie-ġeb għal 47 rakkomandazzjoni li saru minn dan il-kunsill, ib-bażati fuq dak li jissejjaħ bħala ‘Universal Periodic Review’, li fih ikun studjat l-istat tal-ħar-sien tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri tal-Ġnus Magħquda. Il-parti l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet għal Malta għandhom rabta mal-immigrazzjoni u mad-drittijiet tal-persuni omosesswali u trangender.

Filwaqt li kien hemm kum-menti pożittivi dwar Malta għall-impenn tagħha fil-ħar-sien tal-konvenzjonijiet mar-buta mad-drittijiet tal-bnie-dem, il-kritika kienet immirata l-aktar għall-mod li bih Malta tilqa’ lill-immigranti llegali. Fost oħrajn kien hemm kritika għall-politika ta’ detenzjoni u ċ-ċentri li fihom jinżammu l-immigranti f’pajjiżna. Fil-fatt, kritika ewlenija kienet li ċ-ċentri ta’ detenzjoni mhumiex miżmuma tajjeb u l-immigranti qiegħdin jgħixu “f’kundiz-zjonijiet li ma jagħmlulhomx tajjeb għal saħħithom.”

Kritika li saret mill-Kum-missjoni Internazzjonali tal-Ġuristi kienet dwar id-deten-zjoni awtomatika għall-im-migranti llegali u ż-żmien li jkollhom jibqgħu fid-deten-zjoni kien deskritt bħala wie-ħed twil wisq u mhux propor-zjonali. L-Istati Uniti saħqet li Malta għandha tħarrax il-pieni u żżid l-isforzi kontra t-traffi-kar tal-bnedmin.

Min-naħa tagħha, Malta fissret kif irranġat il-liġi biex iddekriminalizzat l-immigraz-zjoni illegali u għalhekk id-detenzjoni fiċ-ċentri hija biss waħda amministrattiva, ta’ 18-il xahar għall-immigranti lle-gali u ta’ sena għal dawk li jku-nu jridu jsiru refuġjati. Fissret ukoll kif iċ-ċentri huma mmex-xija minn persuni ċivili u mhux militari u l-immigranti għandhom l-assistenza ħielsa tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Malta spjegat kif minkejja li kontinwament qed isir xogħol ta’ manutenzjoni, madankollu l-vandaliżmu u l-irvellijiet mill-immigranti nfus-hom qiegħdin iwasslu għad-deterjorazzjoni ta’ dawn iċ-ċentri.

Omosesswalità u transgender

Matul is-sessjoni tat-23 ta’ Settembru, Malta kienet ukoll imħeġġa biex tieħu ħsieb il-ħarsien tad-drittijiet ta’ persuni omosesswali u transgender. Madankollu, Malta qalet li r-relazzjoni bejn persuni tal-istess sess tibqa’ kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali.

L-Assoċjazzjoni Internaz-zjonali tal-Lesbjani u Gay, insistiet li Malta għandha tim-penja ruħha aktar biex tiġġie-led id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u ġeneru.

Saħqet li b’mod speċjali Malta għandha tinkludi l-orjentazzjoni sesswali u l-ġeneru fil-politika tagħha dwar saħħa sesswali. Kien suġ-ġerit ukoll li l-gvern jaħdem aktar mill-qrib mal-organiz-zazzjonijiet mhux governattivi li jirrappreżentaw lill-omo-sesswali u transgender b’mod speċjali biex jissorveljaw li ma jkunx hemm ksur tad-drittijiet ta’ dawn il-persuni.

No comments:

Post a Comment