Monday 20 July 2009

L-Orizzont: Illum isir il-Pride March

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=55135
18.7.9 minn Sammy Sammut


L-attivitajiet organizzati mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) bħala parti mid-‘Diverscity Week 2009’ jiġu fi tmiemhom illum is-Sibt meta fil-Belt Valletta, dalgħodu, isir l-LGBT Pride March, waqt li filgħaxija, fis-City Theatre jittella’ ‘Sounds of Diversity – l-ewwel kunċert tax-xorta tiegħu f’pajjiżna bis-sehem tal-banda u l-kor ‘ŻĦN Symphonik’ flim-kien ma’ ‘The Pink Singers’, li huwa l-eqdem kor fl-Ewropa ffurmat minn persuni LGBT li jifformaw parti mill-komunità gay f’Londra iżda li ġejjin minn esperjenzi, pajjiżi, razez, reliġjonijiet u ġenerazzjonijiet dif-ferenti.

Bħal fil-bqija tal-pajjiżi fejn saru manifestazzjonijiet simili, il-Pride March ta’ Malta din is-sena għandu sinifikat speċjali għax qiegħed ifakkar l-erbgħin anniversarju minn meta seħħew l-irvellijiet ta’ Stonewall bi protesta kontra rejd omofobiku li bħal mijiet ta’ drabi oħra qabel, il-pulizija kienu wettqu fis-sigħat bikrin tal-għodwa tat-28 ta’ Ġunju, 1969, fl-istabbiliment Stonewall Inn, fis-subborg ta’ Greenwich Village fil-belt ta’ New York.

Dakinhar kienet l-ewwel darba fl-istorja Amerikana fejn persuni gay u lesbjani ġġieldu kontra sistema governattiva li kienet tippersegwita persuni omosesswali. Kien ukoll il-punt tat-tluq f’ħidma sfiqa favur drittijiet ċivili ndaqs għal per-suni gay kemm fl-Istati Uniti tal-Amerika u kif ukoll madwar id-dinja.

Iżda għalkemm għaddew daqstant snin u minkejja l-progress irreġistrat f’diversi oqsma, sfortunament xorta waħda għadna ferm ‘il bogħod biex ngħidu li f’pajjiżna, persuni gay, leżbjani, bisesswali u transesswali qegħdin igawdu minn drittijiet ċivili ndaqs, daqs li kieku huma ċittadini tat-tieni klassi jew ma jikkwalifikawx bħala bnedmin umani min-ħabba li hemm min jgħid li l-orjentazzjoni sesswali tagħhom mhix kundizzjoni naturali iżda tirrappreżenta “diżordni oġġet-tiva” u hija “orjentazzjoni għall-ħażen”.

U fid-dawl ta’ stħarriġ li sar dan l-aħħar fl-Unjoni Ewropea fejn kien indikat b’mod l-aktar ċar li d-diskriminazzjoni f’paj-jiżna, kemm fid-deher u aktar fil-moħbi, għadha waħda ram-panti, tagħmel ħafna sens it-tema magħżula għall-avveni-menti tal-MGRM għal din is-sena, ‘Dinjità fid-Diversità. Għax mingħajr drittijiet ċivili ndaqs, ma nistgħux ngħidu li persuni gay, leżbjani, bisesswali u transesswali qatt jistgħu jibdew igawdu mid-dinjità li tixirqilhom bħal kull wieħed u waħda minna.

Huwa għalhekk, li l-Pride March ta’ din is-sena għandu jservu bħala sejħa oħra ġenwina biex l-awtoritajiet ta’ pajjiżna mill-ħafna kliem sabiħ iżda vojt, jgħaddu għall-fatti billi jħarbir-ku biex il-protezzjoni ugwali li suppost qiegħda tipprovdi l-liġi tal-Unjoni Ewropea kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni tibda tingħata tassew liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin, huma min huma, u huma x’in-huma. U l-ewwel pass f’din id-direzzjoni għandu jkun it-twet-tiq tar-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Funda-mentali (FRA).

Ma’ din is-sejħa qawwija min-naħa tal-Malta Gay Rights Movement għal trattament u drittijiet ċivili ndaqs għandhom jingħaqdu wkoll għadd ġmielu ta’ għaqdiet mhux governattivi u fergħat taż-żgħażagħ tista’ tgħid tal-partiti politiċi u tat-trejd unjins kollha li hawn f’pajjiżna, li sejrin jieħdu parti attiva f’dan il-Pride March.

Ma jonqosx ukoll li jkun hemm rappreżentanti uffiċjali tal-partiti politiċi l-kbar, li bħal snin oħra mistennija jagħmlu wkoll diskorsi tal-okkażjoni. J’alla li dak li jingħad ma jkunx diskors tal-konvenjenza li jtir mar-riħ mal-għeluq tal-attività, iżda jkun il-punt tat-tluq biex tassew f’pajjiżna, minkejja kull diversità li tista’ teżisti, kulħadd igawdi d-dinjità li tixraqlu.

Fatt interessanti u li jqawwi l-qalb huwa s-sehem li qegħdin jieħdu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Pride March ta’ din is-sena wħud mir-rappreżentanzi diplomatiċi barranin f’pajjiżna. Wara l-kollaborazzjoni mill-qrib li kien hemm mill-Ambaxxata Ameri-kana f’attivitajiet li kienu orga-nizzati fil-jiem li għaddew mill-Malta Gay Rights Movement, sar magħruf li għall-ewwel dar-ba f’Malta, anke l-Kummissjoni Għolja Ingliża poġġiet f’post mill-aktar prominenti “l-ban-diera tal-qawsalla”, li hija s-simbolu tal-komunità gay mad-war id-dinja kollha.

Sorsi qrib il-Kummissjoni Ingliża spjegaw li “l-Gvern Ingliż jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-drittijiet tal-persuni LGBT fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha… u dan l-appoġġ ma jintweriex biss fl-okkażjoni tal-Pride March, iżda dejjem u f’kull ħin tal-ġurnata, matul it-365 jum ta’ kull sena.”

Dawn huma ġesti żgħar iżda fl-istess waqt jisimbolizzaw l-impenn ta’ pajjiżi tassew demo-kratiċi kommessi u impenjati għall-ugwaljanza u l-aċċettaz-zjoni ta’ kulħadd b’akbar dinjità minkejja kull diversità li jista’ jkun hemm.

Iżda għalkemm żgħar, huma wkoll ġesti li l-Gvern Malti qatt ma ħolom bihom… u aktar li jwettaqhom!

L-LGBT Pride March se jsir fil-Belt Valletta u jibda fl-10.00 a.m. Għalih kulħadd huwa mistieden li jattendi.



Il-GWU tagħti l-appoġġ tagħha lill-MGRM

Fl-okkażjoni tal-Pride March li se jkun organizzat għal sena oħra konsekuttiva mill-Malta Gay Rights Movement illum, is-Sibt, il-General Workers’ Union esprimiet l-appoġġ sħiħ tagħha lil din l-għaqda, u għaqdiet oħrajn li jaħdmu qatigħ biex iħarsu d-drittijiet u l-interessi tal-ħaddiema gay.

Il-GWU jirrappurtawlha li bosta huma l-okkażjonijiet meta b’modi diretti jew sottili ħad-diema gay ibatu minn diskri-minazzjoni u inġustizzji.

Għaldaqstant, il-GWU tagħti appoġġ sħiħ lil din l-għaqda u anzi tistieden lill-MGRM biex fix-xhur u s-snin li ġejjin jaħdmu fil-qrib ħalli jaċċertaw ruħhom li individwi gay ma jkunux diskriminati qabel jintagħżlu għall-impjieg, u li eventwalment ma jsofrux fl-impjieg tagħhom.

Il-GWU ħadet ukoll l-okkaż-joni biex tappella lill-minoranzi kollha biex jagħmlu kuraġġ u ma jibżgħux isemmgħu leħin-hom. Min-naħa tagħha l-GWU fakkret li l-bieb tagħha huwa miftuħ għal kull min għandu kawża ġusta.



… Żminijietna wkoll

Min-naħa tagħha, anke Żmi-nijietna – Leħen ix-Xellug espri-miet l-appoġġ tagħha għal-LGBT Pride March li se jsir illum s-Sibt fil-Belt Valletta.

Żminijietna qalet li “persuni gay m’għandhomx jiġu ddis-kriminati minħabba l-orjen-tazzjoni sesswali tagħhom. F’dan ir-rigward aħna nemmnu li apparti li għandha tkun pprojbita d-diskriminazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol, il-politika soċjali f’Malta għandha tkun waħda inklussiva f’diversi oqsma tal-politika tal-familja, fejn persuni tal-istess sess għandhom jitħallew jiffurmaw koppja ċivili fejn dawn ma’ jkunux suġġetti għal diskriminazzjoni fejn tidħol il-protez-zjoni soċjali.”

Id-direttiva ta’ Enjoni Ewro-pea kontra kull forma ta’ diskri-minazzjoni għandha tiġi adot-tata u implimentata.

“Il-Gvern Malti m’għandux jibqa’ jopponi direttivi favur l-inklużjoni soċjali minħabba l-linja konservattiva li jħaddan”, qalet Żminijietna.

No comments:

Post a Comment