Friday 8 May 2009

L-Orizzont: Il-Lifestyle Survey tal-NSO

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=53283
8.5.9 minn Michael Pace Ross, Direttur Ġenerali, Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika

Sur Editur,

Nirreferi għall-artiklu ppubblikat f’l-orizzont ta’ nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Mejju, intitolat “Il-gays mhux ikkalkulati”.

L-imsemmi artiklu jagħti wieħed x’jifhem li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qiegħed jiddiskrimina kontra xi kategorija ta’ persuni. Dan ma jistax ikun aktar ’il bogħod mill-verità.

Il-mistoqsijiet li ġew inklużi fil-“Lifestyle Survey” hawn Malta, huma simili għal dawk li saru fir-Renju Unit u fl-Irlanda, fejn dawn ittrattaw is-saħħa, l-eżerċizzju fiżiku, in-nutrizzjoni u t-tipjip, fost oħrajn. Ma kienx l-iskop ta’ dan l-istħarriġ li noħorġu statistika dwar l-orjentazzjoni sesswali tal-popolazzjoni, u għalhekk l-NSO mhux f’pożizzjoni li jippubblika ċifri dwar dan il-qasam.

L-iskop ta’ dan l-istħarriġ kien li jagħti stampa kollettiva tal-istil ta’ ħajja tal-persuni kollha, u mhux li jiffoka fuq parti mill-popolaz zjoni. Pajjiżi oħrajn li jittrattaw temi bħall-orjentaz zjoni ses swali tal-persuni jagħmlu dan permezz ta’ ‘surveys’ li huma intenzjo nati biex jiġbru din it-tip ta’ informaz zjoni. Għalkemm s’issa l-NSO qatt ma staqsa dwar dan il-qasam, xejn ma jżommna milli nagħmlu dan fl-istħarriġ tagħna fil-futur.

Rigward l-ittra li allegata ment intbagħtet lill-NSO u li baqgħet mingħajr tweġiba, permezz ta’ din l-ittra qiegħed nistieden lil min kitibha biex jagħmel kuntatt miegħi. Sa fejn jien informat, din l-ittra ma waslitx għandna.

Nerġa’ ntenni li l-NSO, meta jwieġeb għal xi ittra, ma jiddiskriminax fit-tweġiba tiegħu fuq bażi tal-orjentazzjoni sesswali ta’ min ikun kitibha.

No comments:

Post a Comment