Thursday 12 February 2009

Kullħadd: Tieġ gay f’Għawdex

8.2.9 21:08:07 minn Aleander Balzan

Aleander Balzan jitkellem ma’ Jacqui Holloway, li fil-gzira pittoreska ta’ Ghawdex organizzat tieg gay ghal Peter u Steve. Holloway titkellem dwar dan it-tieg u dwar l-interess minn koppji omosesswali Maltin biex jorganizzaw cerimonja simbolika fejn fiha jistqarru mhabbithom lejn xulxin.

Kien il-grupp “Introduce Gay Civil Partnership in Malta” fuq is-sit elettroniku Facebook li laqqani ghall-ewwel darba ma’ Jacqui C Holloway. Sal-lum dan il-grupp, li twaqqaf ftit tal-jiem ilu ghandu iktar minn 600 membru u d-diskussjoni dwar is-suggett ma tieqafx.

F’dan il-grupp Jacqui Holloway, residenti Hal-Qormi u li xoghol taghha huwa li torganizza t-tigijiet tirrakonta kif fost il-klijenti taghha kien hemm koppji gay. Tghid ukoll li tieg simili kien organizzat f’ Malta. Tispjega kif dak li jsir f’Malta ma jkun xejn ghajr cerimonja simbolika fejn ‘il boghod mil-legalitajiet u s-simboli religjuzi l-koppja tesponi l-imhabba lejn xulxin.

“Bdejna naghmlu zwigijiet ettrosesswali. Il-kumpanija taghna twaqqfet fl-2003 u llum ahna stabbiliti hafna f’dan il-qasam. Konna bdejna jiena u ohti u llum qeghdin jiena u kollega tieghi li nzerta gay. It-talba ghaz-zwigijiet gay zdiedet. Peress li l-kollega tieghi huwa gay qisu b’mod naturali zviluppajna lejn l-organizazzjoni ta’ cerimonji ghall-koppji gay,” tispjega Holloway.

“Nirreklamaw f’pajjizi fejn huwa legalment possibbli li jsiru zwigijiet bejn koppji ta’ l-istess sess. F’postijiet bhal Malta fejn dan m’huwiex possibbli norganizzaw cerimonji simbolici,” izzid Holloway, li tghix f’Malta hekk kif ommha hija Maltija.

Izda x’inhi din ic-cerimonja simbolika nistaqsi jiena.

“Inehhu l-legalitajiet kollha u m’hemm l-ebda referenza lejn Alla ghax din m’hijiex xi haga religjuza. Ma rridu nidhlu fl-ghalqa ta’ hadd. M’ahniex qeghdin hawn biex neliminaw ic-cerimonji ta’ tieg proprja ghaliex fil-verità ahna nippreferu naghmlu dawn it-tigijiet, fil-knejjes u l-kappelli u fis-swali mimilija bil-mistednin,” twiegeb minghajr l-ebda tlaqliq.

“Izda qeghdin nahsbu wkoll ghall-minorità ta’ nies li sfortunatament m’humiex rikonoxxuti bhala koppji, ghax huma t-tnejn irgiel jew it-tnejn nisa, li jiena nara bhala xi haga patetika.”
Dlonk nistaqsiha xi trid tghid b’dan.

“L-ikbar habib tieghi huwa gay u ilni nafu iktar minn 15-il sena. Rajtu f’relazzjonijiet u rajtu barra minn relazzjonijiet. Ikollu l-istess relazzjonijiet li jkolli jiena. Jghaddu mill-istess affarijiet u jkollu l-istess kwisjtonijiet ta’ mhabba li jkolli jiena. M’hemm xejn differenti.

Jekk ihobbx ragel jew mara hija xi haga personali ta’ xi hadd ta kif ihossu komdu hu. Ghalija m’hemm xejn hazin. Ghall-haddiehor tista’ tkun dizgustanti jew xi haga estremament hazina imma fil-verità m’hijiex. Dak huwa l-mod kif twieldu,” tishaq b’certu determinazzjoni.

F’relazzjoni ghal 39 sena

Nitlob lil Jacqui tirrakontali fuq it-tieg li organizzat f’Ghawdex.

“Ghamilt tieg ta’ koppja Ingliza li tghix fl-iSkozja fejn huwa legalment possibbli li tizzewweg, ghalhekk li sar kien li zzewgu fl-iSkozja legalment imbaghad gew Malta biex jaghmlu t-tieg tal-holm taghhom. Ghalihom, u dan kif spjegawli iktar minn darba, ic-cerimonja li kellha s-sinjifikat veru kienet organizzata hawn, f’Ghawdex. Riedu x’imkien kwiet u seren u ghazlu Ghawdex ghaliex ghogbithom il-gzira u l-istorja. Krew villa u l-mistednin taghhom kienu qeghdin joqghodu f’villel fl-akwata. Meta kellmuni kont qieghda nistenna li jridu xi tieg bombastiku, imma fil-verità riedu tieg semplici,” tirrakonta.

“Peter u Steve kienu koppja avvanzata fi zmien fil-fatt kellhom qrib is-sittin. Kienu ilhom flimkien ghal iktar minn 39 sena. Din hija koppja li kienet digà flimkien fi snin sittin meta d-diskriminazzjoni kontra koppji gay kienet tal-biza’. Imma minkejja kollox baqghu flimkien. Hemm koppji ettrosesswali li ma damux daqshekk f’relazzjoni. Ghalhekk il-mentalità li jrid ikollna hija li mhux jekk humiex ettrosesswali jew omossesswali imma li huma koppja li jinhabbu. Ilhom flimkien ghal dan iz-zmien kollu, u f’ghajnejhom kienu digà mizzewgin imma issa kienu mizzewgin ta’ veru. Bhal kull koppja normali ridu jghidu lil kulhadd li huma ta’ xulxin,” tghid dwar il-koppja filwaqt li ddawar l-attenzjoni fuq it-tieg.

“Kellna dghajsa li fuqha saret ic-cerimonja. Wara c-cerimonja ftahna x-xampanja u kulhadd qabez il-bahar. Wara morna lura l-Villa, bil-karozza tat-tieg ghal Peter u Steve u kellna l-festin hemm. Ma kienx hemm souvenirs u minflok ghazlu li jhawlu sigar bil flus li kienu jonfqu fis-souvenirs. Kien tieg li ghalkemm zghir kien romantiku,” tghidJacqui.

Ma setax jonqos li nistaqsiha fuq interess li jkollha minn koppji Maltin.

“Kelli koppji Maltin, fost ohrajn zewg hairdressers u koppja ohra li tahdem fil-qasam tal-bejgh tal-proprjeta li gew ghandi b’interess kbir u wrewni bic-car li jixtiequ jkollhom cerimonja simili. Izda x’hin naslu biex nibdew inpoggu l-affarijiet flimkien jaqtghu lura. Ninnota li l-ikbar problema jsibuha meta nkunu qeghdin naghmlu l-lista tal-mistednin,” temmen Jacqui.

“Hawn Malta kulhadd huwa bezghan ghax kulhadd jaf lil kulhadd. Ghalhekk sakemm ma jkollokx dak il-karattru li ma tatix kas ma tghamillhix. Jew inkella ssir privatament hafna u ghalhekk ma ssirx din ic-cerimonja,” itemm tghid Holloway filwaqt li zzid tishaq li tittama li torganizza l-ewwel zwieg gay f’Malta u tghidli li tittama li jkun wasal iz-zmien dan ikun rikonoxxut legalment.

No comments:

Post a Comment