Thursday 19 February 2009

Kullħadd: L-MGRM tikkritika bl-aħrax il-kummenti ta’ Tonio Borg kontra drittijiet tal-gays

2.2.9 minn Owen Galea

Il-Malta Gay Rigħt Movement irreagixxa bil-qawwa kontra intervent li għamel il-ministru Tonio Borg meta f’diskussjoni fil-Parlament dwar ir-riforma fil-ligi tal-kera, iddikjara b’ton dispreggjattiv li persuni omosesswali u dawk li jikkoabitaw m’għandhomx jingħataw id-dritt li jitħarsu bil-ligi tal-kera.

Il-moviment fisser kliem il-ministru Tonio Borg bħala maqtugħ mir-realtà taż-żmien li qegħdin ngħixu fih. Gaby Calleja, f’isem il-MGRM sostniet li diskors il-ministru Borg joħrog fid-deher in-nuqqas ta’ rispett li għandu l-gvern dwar koppji ta’ l-istess sess.

Fl-istess waqt diskors il-ministru Borg wera bil-fatti li l-koppji gay Maltin u Għawdxin għad fadlilhom ħafna x’jaqdfu biex jikkonvinċu lill-gvern ta’ Lawrenċe Gonzi biex jingħataw id-drittijiet u r-rispett li jgawdu koppji ta’ l-istess sess f’pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

Gaby Calleja sostniet li minkejja l-ħafna d-diskors li sar mill-Partit Nazzjonalista dwar il-bżonn li tigi regolarizzata l-pożizzjoni u l-istatus legali ta’ koppji li jikkoabitaw, hi x’inhi l-pożizzjoni tal-koppji, sew jekk ta’ l-istess sess u sew jekk eterosesswali (ragel u mara), ir-rimarki li għamel il-Ministru Tonio Borg ħallew bosta mgħagg bin dwar kemm tabilħaqq teżisti rieda politika biex tiddaħħal legislazzjoni f’dan ir-rigward.

“Kliemu u t-ton li bih argumenta kellhom l-intenzjoni partikolari li jattakkaw ir-relazzjonijiet ta’ l-istess sess u wera insensittività kbira lejn il-lesbjani, il-gays u ċ-ċittadini bisesswali,” qalet Gaby Calleja.

Fil-Parlament il-Viċi Prim Ministru qal li l-Gvern m’għandux jerfa’ fuq spallejh ukoll kunċett ta’ familja u persuni b’orjentazzjoni omosesswali. Huwa kien qie għed jirreaġixxi għar-reazzjoni inizzjali li ħareġ biha l-Partit Laburista dwar il-white paper tal-gvern dwar il-liġi tal-kera fejn saħaq li l-gvern warrab għal kollox realtajiet oħrajn tas-soċjetà Maltija. Fosthom il-koabitazzjoni, relazzjonijiet bejn persuni ta’ l-istess sess u membri ta’ l-istess familja li jgħixu flimkien.

“Qalu li nsejna lil dawk in-nies ta’ l-istess sess li mhux se jiġu protetti bil-liġi tal-kera. Mela… hekk jonqos issa”, iddikjara l-Viċi Prim Ministru b’ton ewforiku, waqt li saħaq li l-gvern m’għan dux jitqanna wkoll b’relazzjonijiet li sallum għadhom mhux regolarizzati. “Tgħidu li fil-liġi tal-kera s-sid għandu jitqanna wkoll b’relazzjonijiet, mhux biss li jintiret mill-miżżewġin, imma jintiret ukoll minn dawk li marru barra, l-Olan da, iżżewwġu ta’ l-istess sess, imbagħad jiġu Malta u s-sid irid jirrikonoxxihom ukoll”, qal Borg waqt li spikkat l-oġġezzjoni tiegħu għall-proposta tal-Partit Laburista li r-riforma għandha tħares ukoll il-jeddijiet tal-persuni gay.

Fl-istess intervent, Borg mar oltre minn hekk u qal: “Wara li se nkunu rriformajna l-liġi, illimitajna l-wirt għal min hu miżżewweġ u għat-tfal, issa nestendu din il-protezzjoni wkoll għal min jiddeċiedi li jmur jgħix flimkien ta’ l-istess sess. Dan huwa abbozz bilanċjat għax iħares id-drittijiet ta’ min ħaqqu il-protezzjoni”, sostna Borg.

Min-naħa tagħha, Gaby Calleja f’isem l-MGRM qalet li bl-istqarrijiet tiegħu, il-ministru Borg implika li fejn tfal ta’ l-koppja ta’ l-istess sess jispiċċaw bla dar, ma hemm l-ebda konsegwenzi partikolari għalihom u li l-problemi li jgħaddu minnhom dawn il-persuni, m’humiex problema għall-istat.

Il-moviment sostna wkoll li minkejja li f’bosta pajjiżi hija prattika komuni li tinżamm registrazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ koppji li jikkoabitaw, sew jekk huma gay u sew jekk straigħt, il-ministru Borg ta l-impressjoni li din hija idea redikola. “Aħna ninsabu ċerti li għal bosta politiċi fl-Ewropa hija l-attitudni tal-ministru li titqies bħala assurda u maqtugħa miż-żminijiet tallum,” sostna l-MGRM.

Ma riedx jinkixef

Intant KullĦadd staqsa lid-deputat Laburista Evarist Bartolo jekk il-pożizzjoni meħuda mill-Viċi Prim Ministru hix waħda insid juża, għax waqt li l-partit li jagħmel parti minnu jiċħad l-omofobija, fl-istess waqt qiegħed jiddiskrimina ma’ koppji ta’ l-istess sess u anki ma’ dawk li jikkoabitaw.

Bit-twegiba Bartolo qal li jinsab ċert li l-Ministru Borg ma riedx jinkixef kif ħalla lilu nnifsu jinkixef fil-Parlament bit-ton ċiniku u dispregjattiv tiegħu kontra l-omosesswali u l-koppji li jgħixu flimkien u mhumiex miżżewgin.

”Ċert li fuq it-televiżjoni kien joqgħod ferm iżjed attent u anki jekk ma jaqbilx ma kienx juża dak it-ton li uża fil-Parlament. Tipika tal-PN li qabel l-elezzjoni jippruvaw jintogħgbu ma’ kulħadd biex jaħtfu kemm jistgħu voti. Għam lu ħa mhux biss ma’ l-omosesswali (meta qalulhom li jaqblu mad-Direttiva tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, iżda issa biddlu l-kliem) iżda wkoll ma’ bosta setturi oħrajn li qed iħossuhom traduti bil-wegħdi tal-PN qabel l-elezzjoni”, sostna Bartolo.

Argumenta li l-Viċi Prim Ministru ma kellux għax juża t-ton li uża fil-Parlament. “Seta’ ma jaqbilx li nħarsu d-drittijiet ta’ l-omosesswali u dawk li jgħixu flimkien (li l-PN ried iħarishom b’ligi apposta skont wegħda elettorali fl-1998 u li qatt ma wettaq) bla ma jkun daqshekk offensiv, ċiniku u insolenti”, temm jisħaq Evarist Bartolo.

No comments:

Post a Comment