Monday 22 September 2008

Kullħadd: Il-battalja ta’ Joanne Cassar tkompli f’Ottubru li gej

http://www.kullhadd.com/?task=2&sectid=&articleid=11970
21.9.8; minn Randolph de Battista


Fit-22 t’Ottubru li gej, fil-Qorti Kostituzzjonali ta’ Malta mistenni jinstema’ l-kaz ta’ Joanne Cassar, il-persuna li qieghda titlob lill-Awtoritajiet biex jirrikonoxxu d-dritt taghha li tizzewweg.

Joanne li llum hija rikonoxxuta bhala mara wara operazzjoni irriversibbli maghrufa bhala “gender re-assignment”, hadet il-kaz taghha quddiem l-oghla Qorti f’pajjizna, sabiex thassar decizjoni li ttiehdet ftit tax-xhur ilu u li cahhdet id-dritt taz-zwieg lil Joanne.

F’Mejju li ghadda, il-Prim Awla tal-Qorti Civili sahqet li fil-ligi taz-zwieg, persuna transesswali mhix u ma tistax titqies li hija mara. Dan minkejja li Joanne Cassar kienet digà inghatat dan id-dritt fi Frar tas-sena l-ohra, f’decizjoni ta’ l-Imhallef Gino Camilleri deskritta bhala “storika”. Fis-sentenza tieghu, l-Imhallef kien qal li “dan mhuwiex kontra l-ordni pubbliku peress li hu zwieg bejn zewg persuni ta’ sess differenti.”

Jirrizulta li f’ghajnejn il-ligi, Joanne Cassar hija meqjusa bhala mara, tant li b’ordni tal-Qorti, sar it-tibdil necessarju sabiex fil-karta ta’ l-identità u fic-certifikat tat-twelid hija tkun imnizzla bhala ta’ sess femminili.

Issa Joanne qed tfittex l-ahhar rimedju lokali, sabiex tiehu dak li trid. KullHadd huwa nfurmat li f’kaz li l-Qorti Kostituzzjonali ta’ pajjizna jiddeciedi kontra li Cassar tizzewweg, hija lesta li tiehu l-kaz taghha gewwa Strasburgu, quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif qed issib appogg qawwi mill-European Lesbians and Gays Association”.

L-ELGA sahansitra ghandha fond specjalizzat biex jghin persuni bhal Joanne jiggieldu ghad-drittijiet taghhom. Il-kaz ta’ Joanne qajjem interess kbir f’pajjizna hekk kif numru ta’ ghaqdiet urew l-appogg taghhom lejn Joanne, u persuni transesswali ohrajn u sahqu li jekk dawn huma rikonoxxuti bhala nisa f’ghajnejn il-ligi u anke sahansitra fuq ic-certifikat tat-twelid, mela allura ghandu jkollhom id-dritt li jizzewgu persuni ta’ sess maskili.

Mill-informazzjoni li ghandu KullHadd jirrizulta li l-kaz quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dam iktar mis-soltu sabiex jigi appuntat minhabba li l-Imhallef li ghandu gie assenjat il-kaz, astjena minhabba ragunijiet ta’ morali.

No comments:

Post a Comment