Tuesday 20 May 2008

It-Torċa: Żgur mhux b’inkejja .....

(Ghad m'hemmx l-artiklu fuq www.it-torca.com s'issa)
Minn SAMMY SAMMUT
4 ta’ Mejju 2008

Kienu diversi r-reazzjonijiet li rcevejna ghal dak li ktibna fil-harga ta’ it-Torċa tal-Ħadd li ghadda, dwar l-incidenza tas-suwicidju fost iz-zghazagh. Qarrej minnhom ghogbu jibghatilna elenku ta’ indirizzi ta’ siti li wiehed isib fuq l-Internet immirati biex iservu bhala apprezzament u tifkira dejjiema ta’ xi hadd ghaziz li, ghax thalla jinghalaq fih innifsu, ma gharafx li madwaru tassew kien hemm min ihobbu u jirrispettah, anke jekk forsi dawn ghal xi raguni jew ohra ma fehmux dak hu kien ghaddej minnu jew x’kien qieghed iberren fil-menti tieghu.

Mhux ftit kienu l-kazi ta’ zghazagh li waslu biex ghamlu dak li ghamlu ghax ma felhux aktar ghat-trawma li esperjenzaw kawza ta’ l-omofobija li sofrew. U mhux ftit ukoll kienu l-incidenti li ghamlu lil dawn iz-zghazagh mizerabbli sempliciment minhabba l-identità omosesswali taghhom. Kienu hafna l-kazi fejn dawn iz-zghazagh sfaw imwarrbin u emarginati u abbuzati fizikament u verbalment jekk mhux ukoll psikologikament b’hafna tghajjir u botti li jcekknu u jizzebilhu lil dak li jkun, b’seksik u inkizizzjoni li bhal donnhom ma kienu jieqfu qatt.

Ricerka li saret tindika li l-iffittar verbali u fiziku m’huwiex limitat biss fil-konfront tal-komunità gay, billi hafna drabi persuni sfaw fil-mira ta’ dawn l-attakki sempliciment ghax xi hadd issuspetta li setghu kienu gay. Izda l-verità tibqa’ li persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali huma aktar suxxettibli ghal abbuzi simili, ghad-dipressjoni u anke ghal hsibijiet suwicidjali, ghax it-trawma mahluqa u sostnuta mill-omofobija ma thallihomx jghixu hajjithom fil-milja taghha kif ihossu li ghandhom kull dritt li jaghmlu. bhal kulhadd iehor.

Imma kif din it-trawma ta’ l-omofobija timmanifesta ruhha f’xi hadd, specjalment meta dan lanqas biss ikun irid jaccetta lilu nnifsu bhala dak li fil-fatt hu? Kif l-izolament, il-mibgheda u l-iggudikar - kemm jekk jinghad bil-fomm jew b’mod silenzjuz - jahkmu bejn difrejhom lil dak li jkun u gieli jaslu biex igieghluh sahansitra jibda jobghod lilu nnifsu u l-fatt li n-natura ghamlitu dak li hu? Immagina lilek innifsek tisma’ l-kantaliena bla tmiem illi li tkun gay hija xi haga “kerha”, “hazina”, “mhux naturali”, “difettuza”, jew li hi “dnub”; u dan kemm waqt li tkun l-iskola, kemm waqt li tkun l-università jew fuq il-post tax-xoghol, jekk mhux ukoll b’mod car minghand ommok: “Ahjar li binti tmut milli tkun xi wahda minn dawk il-lesbjani”, jew minghand missierek: “ Int pufta! Aqbizli ‘l barra minn dari”.

Issa immaginaw xi thoss meta tisma’ dawn it-tikketti u opinjonijiet espressi minn fuq il-pulptu jew fil-konfessjonarju minn xi qassis jew patri, jew fil-knisja li tiffrekwenta suppost biex issib is-serhan tar-ruh. Ghax, aktar iva milli le, ir-religjon kwazi dejjem tintuza bhala l-ewwel sors li n-nies juzaw biex jiggustifikaw il-bigottrija u l-oppressjoni tal-pregudizzju sesswali, u hija l-omofobija religjuza li ghandha impatt profond fuq l-omofobija interna li wiehed ikun imgieghel ihoss, fuq l-omofobija li tezisti fi hdan is-socjetà taghna, u fuq il-bidla socjali.

Midinbin ghax omosesswali?

Ghax huma hafna t-tradizzjonijiet religjuzi li jharsu lejn il-membri tal-komunità lesbjana, gay, bisesswali u transesswali bhala li dawn jipprattikaw mod ta’ hajja omosesswali, u ghalhekk qed jghixu fid-dnub. Hu minnu li f’dawn l-ahhar snin sehh zvilupp kunsiderevoli mil-lat tat-teologija morali fis-sens li sa fl-ahhar giet ikkonfermata l-ezistenza ta’ l-orjentazzjoni sesswali u kien rikonoxxut il-hazen tal-pregudizzju, tal-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra min ghandu orjentament sesswali mhux konvenzjonali. Fl-istess waqt però, kienet sostnuta l-immoralità ta’ l-attività omogenitali, jigifieri li dak li jkun ma jkunx qed jaghmel “dnub” jekk ikun omosesswali u jghix hajja ta’ kastità izda ma jistax jesprimi imhabbtu lejn persuna ohra ta’ l-istess sess, anke jekk nafu li s-sesswalità hija kemm aspett centrali biex wiehed jifhem lilu nnifsu b’mod shih kif ukoll fattur krucjali f’kull relazzjoni ta’ imhabba. Ghad-dikjarazzjoni li sikwit li ssir, jigifieri: “ahna nobghodu d-dnub izda nhobbu lill-midneb”, hafna huma l-persuni gay u lesbjani li jwiegbu li kulma huma daqu kienet il-mibgheda u l-mhux l-imhabba.

Ikun hemm ukoll hafna li meta jigu ttimbrati bhala midinbin minn xi whud mill-membri tal-kleru sempliciment ghax ikunu sabu l-imhabba vera f’persuna ta’ l-istess sess taghhom, genwinament ihossu li jkunu qeghdin jigu abbuzati spiritwalment. Dawn jaghmlu differenza bejn religjon u spiritwalità, waqt li jinsistu illi li wiehed jinjora l-abbuz spiritwalità huwa l-istess bhal meta tinjora l-abbuz sesswali, fiziku u emozzjonali. U jghidu li biex wiehed ifiq mill-griehi li sofra, il-fejqan irid ikun totali ghax persuna b’ruh imxellfa, ma tista’ qatt tkun persuna shiha u sana.

Issib min ikun vulnerabbli hafna ghall-abbuz spiritwali li jkun sofra u tant ihossu li gie mwegga’, li bl-ebda mod ma jkun jrid jerga’ jissuggetta lilu innifsu ghal dan it-tip ta’ negattività li attakkatlu l-gherq ta’ l-ezistenza tieghu. Min-naha l-ohra, jkun hemm min jibqa’ jsib refugju fil-fidi li haddan sa minn skunitu u tant ihobb, anke jekk biex jaghmel hekk ifittex membri tal-kleru li jaccettahom kif inhuma u ghax mhux imniggsa mill-pregudizzju, ma jiggudikahomx. Fuq kollox jemmnu li mhux Alla kien li ggudikahom izda s-socjetà. Fil-qiegh ta’ qalbhom ihossu li Alla jhobbhom hekk kif halaqhom, u ghax konvinti minn dan, huma decizi li jkomplu jixhdu u jxerrdu din l-imhabba fl-ohrajn ta’ madwarhom minkejja kull oppozizzjoni u tfixkil li jsibu.

Forsi ssib lil min ihares lejn il-fatt li jkun hemm min jirritorna lejn ir-religjon tieghu biex ifiq mit-trawma omofobika, bhala xi haga paradossali. Ikun hemm min jistaqsi kif u l-ghala persuni LGBT jibqghu jhaddnu ma’ qalbhom il-fidi Kattolika - l-istess religjon li storikament instigat u bierket l-omofobija u sostniet il-pregudizzju sesswali billi sahqet li l-eterosesswalità hija l-unika norma - bhala s-sors ghall-fejqan taghhom.

Hemm il-pozittiv ukoll

Izda minkejja li f’xi zmien jew iehor kien hemm ostilità reciproka, xorta wahda ghadek issib hafna persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali li genwinament ihossu li l-fidi iservihom mhux biss bhala sors li jaghtihom is-sahha u jnisslilhom il-kuntentizza, izda wkoll sors ta’ fejqan mit-trawma ta’ l-omofobija. Dawn l-istess persuni jghidulek li huma ma jharsux lejn it-thaddin tat-tradizzjonijiet religjuzi taghhom bhala kontradizzjoni izda bhala mod mill-aktar effettiv ta’ kif ifejjqu l-griehi li sofrew bla ma kellhom tort.

Tajjeb li nghidu bla tlaqliq li waqt li hu minnu li n-negattiv bhal donnu li jispikka aktar u jaghmel hoss akbar, fil-knisja jezisti l-pozittiv ukoll. U waqt li ssib membri tal-kleru u religjuzi li jirreaggixxu b’mod mill-aktar negattiv ghax forsi huma pregudikati jew ghax m’humiex struwiti f’dan is-suggett delikat, fortunatament issib ukoll ohrajn li pastoralment jghinu lil dak li jkun u jimxu pass pass mieghu biex ikun f’qaghda ahjar li jifhem u jaghraf aktar lilu nnifsu u dak li l-kuxjenza tieghu tkun qed tiddettalu.

Ta’ min isemmi wkoll li l-Knisja stess ghandha fi hdanha nies, inkluz wkoll religjuzi u teologi, bhal James Alison, Jeannine Grammick, John McNeill u ohrajn li mhux biss ghamluha bhala l-missjoni u l-ministeru pastorali taghhom li jahdmu fost u ghall-gid tal-komunità gay izda wkoll b’perseveranza u kuragg kbir iwettqu hidma sfiqa biex dawk li jsibu kenn fil-kuriduri tal-poter fl-ahhar jaghtu widen ghas-sejha li jinfethu ghad-djalogu dwar it-taghlim tal-Knisja dwar l-omosesswalità u jekk ikun hemm bzonn li jsir xi tibdil ghall-ahjar, ma jibzghux mill-bidla.

Huma pozittivi wkoll l-inizjattivi li rajna jittiehdu f’dawn l-ahhar xhur minn individwi u anke personalitajiet maghrufin sew fi hdan il-Knisja Maltija, jew li jahdmu taht il-kappa taghha, li permezz taghhom qed jghinu biex ikun hawn djalogu onest u bla biza’ dwar dan kollu minghajr hafna xinxilli jew sensazzjonalizmu. Ezempji ta’ dawn l-inizjattivi huma l-programmi televizivi, bhal dawk li ntwerew fis-sensiliet ‘Qalb in-Nies’ u ‘Sejjahtli’ li jipprovaw ifehmu u jiddiskutu is-suggett b’mod serju, anke jekk forsi mhux dejjem taqbel ma dak li jinghad.

J’alla li dan id-djalogu u rieda tajba li biha nkunu nistghu nifhmu wiehed lill-iehor, ikun rifless ukoll f’xewqa u disponibilità min-naha tal-mexxejja ta’ l-istess Knisja li b’kuragg u umiltà jsiru jafu aktar u aktar persuni gay u permezz ta’ kompassjoni u diskussjoni oggettiva jkunu jistghu jifhmu l-problemi u l-aspirazzjonijiet taghhom mhux biss bhala bnedmin tad-demm u l-laham bhalhom, izda wkoll bhala membri tal-merhla taghhom li tant ihobbu u jirrispettaw il-fidi Kattolika.

Aħna wkoll uliedek

Ghalhekk mhux biss kienet taghmel sens kbir izda kienet ferm effettiva t-tema maghzula minn Drachma - il-grupp LGBT Kattoliku Malti - ghal-laqgha specjali ta’ talb li organizza: “Ahna wkoll Uliedek, Ahna wkoll naghmlu parti mill-Knisja Tieghek.” Din il-laqgha specjali ta’ talb saret bhala parti mill-attivitajiet li gew organizzati fil-gzejjer Maltin biex jitfakkar il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija.

Il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija jigi mfakkar f’diversi pajjizi mxerrdin f’kull rokna tad-dinja fil-jum tas-17 ta’ Mejju ta’ kull sena. Dan il-jum jitfakkar internazzjonalmnet ghax kien fis-17 ta’ Mejju tas-sena 1990 meta l-Assemblea generali ta’ l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha nehhiet l-omosesswalità mil-lista ta’ dizordnijiet mentali.

Izda minkejja li din id-decizjoni tal-WHO gabet fi tmiemhom aktar minn mitt sena ta’ omofobija medika, dan zgur ma kienx ifisser tmiem il-glieda ghar-rikonoxximent internazzjonali tad-drittijiet indaqs ghal persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali. Bizzejjed wiehed ikun jaf li llum il-gurnata, li tkun gay ghadu meqjus bhala reat kriminali f’madwar 75 pajjiz differenti.

Il-fundatur tal-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, l-attivist Franciz Louis-George Tin jittama li dan l-istat ta’ fatt fl-ahhar jinbidel billi l-gnus Maghquda tadotta rizoluzzjoni li permezz taghha ssir sejha biex madwar id-dinja kollha, l-omosesswalità tassew ma tibqax tkun meqjusa bhala reat kriminali.

Maghqudin mieghu f’din il-hidma hemm l-Gruppi LGBT madwar id-dinja li qeghdin ikomplu jahdmu bit-tama li tassew kulhadd, jghix fejn qed jghix u rrispettivament mill-orjentament sesswali jew l-identità tal-generu tas-sess taghhom, jghixu hajjithom fil-milja kollha taghha f’rispett shih tad-drittijiet fundamentali taghhom u bla ebda ombra ta’ pregudizzju jew diskriminazzjoni kontrihom.

Fost dawn il-gruppi LGBT hemm il-grupp lokali Drachma li ghal din il-laqgha specjali ta’ talb stieden lil kull min hu ta’ rieda tajba izda b’mod specjali lill-persuni kollha lesbjani, gay, bisesswali u transesswali li huma jew li kienu vittmi ta’ l-omofobija. Din l-istedina hija wkoll estiza ghall-genituri, l-familji u l-hbieb ta’ persuni LGBT li b’xi mod jew iehor sofrew tort ta’ l-omofobija, jew li kienu vittmi taghha huma stess. B’mod partikolari, Drachma stieden lill-genituri, qraba jew hbieb ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali jew transesswali li kkommettew suwicidju.

Maħfra u rikonciljazzjoni

Bhala grupp Kattoliku, Drachma tittama li din il-laqgha fil-prezenza ta’ gesù Kristu ggib fejqan ghall-griehi sofferti tort ta’ l-omofobija li kienet u ghadha tezisti fostna, u dan permezz tar-rikonciljazzjoni, tal-mahfra, tat-tama u t-tgawdija tal-hajja fil-milja taghha minn dawk kollha li esperjenzaw jew ghadhom isofru mill-pregudizzju, mill-vjolenza b’xi mod jew iehor, anke l-mewt. F’dan il-jum simboliku mill-aktar importanti, Drachma qed issejjah lill-Mexxejja Religjuzi u lill-Awtoritajiet civili biex jikkunsidraw bl-akbar serjetà l-kruha ta’ l-omofobija u l-pregudizzju, u aktar importanti li jiehdu l-passi kollha necessarji biex b’mod konkret jipprotegu lill-persuni LGBT kemm lokali kif ukoll dawk imxerrdin madwar id-dinja.

Din il-laqgha specjali ta’ talb saret fil-Millennium Chapel nhar il-gimgha, 16 ta’ Mejju.

Drachma, li jhaddan fih persuni gay, lesbjani, bisesswali u transesswali li jiltaqghu biex jitolbu flimkien, huwa grupp Kattoliku li jilqa’ lil kulhadd. Dan hu grupp li dawk fi hdanu jiffukaw fuq l-imhabba ta’ Alla, irrelevanti minn min huma u x’inhuma. Drachma huwa l-post fejn il-membri tieghu jfittxu dak li jghaqqadhom u mhux dak li jifridhom.

Bhala grupp jirrikonoxxu lill-Knisja Kattolika bhala "ommna u l-ghalliema taghna". Izda jhossu wkoll li ghandhom jgharrfu l-esperjenzi taghhom bhala LGBT Kattolici. Huma jirrikonoxxu li l-Knisja Kattolika hija rikka u ghandha sors ta’ gharfien u tradizzjonijiet; fuq kollox hija l-Knisja ta’ gesù Kristu, ghalhekk dar ta’ imhabba ghall-umanità kollha. Jemmnu wkoll fl-inkluzjoni shiha ta’ persuni LGBT fi hdan il-Knisja Kattolika.

Apparti l-laqghat ta’ talb regolari, il-grupp Drachma jorganizza wkoll laqghat ta’ diskussjoni dwar temi li jolqtu mill-qrib lil persuni LGBT. Ghal dawn il-laqghat, huma jistiednu wkoll personalitajiet maghrufin minn barra biex jaqsmu mal-pubbliku Maltin l-esperjenzi u jitkellmu dwar suggetti li huma struwiti fihom. Bhalissa Drachma ghaddej ukoll b’hidma biex fi hdanu jitwaqqaf grupp ghall-genituri ta’ persuni LGBT biex jaqsmu flimkien il-problemi u l-esperjenzi pozittivi taghhom u hekk iservu bhala sors ta’ ghajnuna u appogg lejn xulxin.

Kull min jixtieq aktar taghrif dwar id-diversi hidmiet li jwettaq il-grupp Drachma, kull min jixtieq xi ghajnuna jew pariri, kif ukoll min jixtieq jghin anke permezz ta’ ghajnuna finanzjarja, jista’ jaghmel kuntatt billi jibghat e-mail fuq: drachmalgbt@gmail.com jew jidhol fis-sit: www.drachma.blogspot.com.

No comments:

Post a Comment