Tuesday 19 February 2008

Malta Gay Exiles

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6648

Nitkellmu ma’ l-omosesswali minn Malta....
Il-Mascot ta’ l-eziljati

minn Victor Vella

Boghod minn art twelidhom imma b’talbiet kontinwi biex jghinu huthom Maltin li ma jistghux jghixu hajjithom bid-drittijiet bhal nies u familji tradizzjonali f’Malta, omosesswali li spiccaw refugjati f’pajjizi Ewropej b’mod partikolari fir-Renju Unit, iddecidew li jwaqqfu dik li qieghda tissejjah bhala l-”Malta Gay Exiles’.

L-ghajnuna tvarja kemm f’dawk li huma proceduri ta’ xoghol, biex isibu università u anke appogg morali u psikologiku biex johorgu mit-trawma li jkunu ghaddew f’Malta. Il-Malta Gay Exiles, ghandhom ukoll il-maskot taghhom, Antoine Spiteri, omosesswali li ezilja ruhu minn Malta ta’ 15-il sena. Illum mizzewweg b’mod legali fir-Renju Unit, kuntent u ‘l quddiem hu l-hsieb taghhom li jadottaw it-tfal.

Il-hajja ta’ Spiteri fir-Renju Unit, kif gara bhal fil-kaz ta’ Chris Borg, li trattajna l-istorja tieghu l-gimgha li ghaddiet, inbidlet mill-lejl ghan-nhar. Spiteri mhux biss zviluppa lilu nnifsu u hareg mit-trawma li kellu bil-hajja f’pajjizna, izda llum il-hidma ta’ Spiteri fejn jidhlu c-Chimpanzee’s u r-ricerka li ghamel fuqhom hi maghrufa ma’ l-erbat irjieh tad-dinja.



Antoine Spiteri dwar il-hajja f’Malta

Hu jiddeskrivi s-socjetà Maltija bhala li ghandha strutturi inaccettabbli. Spjega li “meta nghid hekk inkun qed nirreferi ghal-limitazzjoni li membri ta’ gruppi ta’ minoritajiet jiffaccjaw b’mod personali, socjalment u anke politikament. Meta tqabbel lil Malta ma’ xi pajjizi ohrajn Ewropej, il-limitazzjonijiet li jiffaccjaw l-omosesswali f’Malta huma sproporzjonati. Fost dawn hemm nuqqas ta’ servizz ghall-komunità ta’ omosesswali, lesbjani, bisesswali u transesswali f’Malta. Hemm barrieri kulturali biex tghix il-hajja ta’ omosesswali u limitazzjonijiet fuq opportunitajiet edukattivi ghall-membri ta’ gruppi ta’ minoranzi. Hemm ukoll il-limitazzjonijiet politici bejn l-eterosesswali u l-omosesswali, fosthom l-gharfien ta’ relazzjoni bejn koppji omosesswali, il-ligijiet ta’ l-immigrazzjoni u l-gharfien ghall-familji omosesswali”.



L-ezilju lejn Los Angeles ta’ 15-il sena

Antoine Spiteri spjega li “kont qed inhoss li kont qed nikber f’ambjent politiku u religjuz li kien konservattiv ghall-ahhar. Il-Patrijiet Dumnikani kienu qeghdin jghiduli li “m’hemm xejn hazin li nkun ‘gay’, izda tipprattikax”, waqt li l-Gvern kien qed jghid li “m’hemm xejn hazin li jien omosesswali izda tistenniex li se naghrfuk bhala bniedem komplet”. “Ghal hafna snin kont inhossni kkonfrontat mill-istrutturi qawwija tas-socjetà li kienu jiggudikaw u jittimbraw certi attitudnijiet u certu stil ta’ hajja bhala inaccettabbli. Din poggietni f’pozizzjoni kerha u b’hekk kont imgieghel nahseb mill-gdid fuq il-valuri tieghi, dak li nemmen u dak kollu li kien hemm madwari. Iddecidejt li nhalli Malta

Jenfasizza li l-punt li l-aktar li ghafsu biex ihalli lil Malta kienet is-sistema edukattiva. Qalilna li “s-sistema edukattiva ma kinitx taghmilha facli ghall-individwi minn gruppi li gejjin minn minoritajiet biex ikunu success. Ma kien hemm l-ebda ligijiet dwar l-ibbuljar, ma kien hemm l-ebda appogg ghall-vittmi ta’ l-omofobija u ebda rikonoxximent li jezistu omosesswali adoloxxenti. Kien difficli ghall-individwi li ma kinux kompatibbli mat-taghlim u testijiet standard u ma kien hemm l-ebda appogg ghall-istudenti li jsofri minn marki baxxi sempliciment ghax is-sistema edukattiva hi eterosessista”.



Ir-religjon f’Malta u l-omosesswali

Antoine Spiteri jghidilna li “minhabba l-influwenza kbira li r-religjon ghandha fuq is-socjetà u l-kultura Maltija, din l-istess influwenza ghandha implikazzjonijiet kbar fuq kif is-socjetà thares lejn l-omosesswalità u fuq kollox kif l-omosesswali jharsu lejhom infushom. It-tbatija u s-sofferenza li l-omosesswali jesperjenzaw, minhabba rizultat dirett ta’ pregudizzjoni religjuz, ghandhom ikunu rikonoxxuti, u mistharrgin biex jinhargu mizuri biex jaraw li l-omosesswali ma jibqghux aktar mhedda, oppressati u ppersegwitati fizikament u psikologikament. Ghal dawk li weggghu minn dawn il-pregudizzji u azzjonijiet, inhoss li ghandu jkun hemm riparazzjoni u anke appogg biex il-vittmi jkunu mghejjunin. Ghalliema omosesswali ghandhom ikunu protetti bil-ligi u l-ghalliema kollha kemm eterosesswali kif ukoll l-omosesswali, ghandu jkollhom l-istess limitazzjonijiet u libertajiet meta jigu biex jinfluwenzaw lill-istudenti fuq dak li jemmnu u jghixu huma personalment”.



Il-kuntatt ma’ Malta u l-familja nzamm

Antoine Spiteri qalilna li “meta nuza l-kelma ezilju, jien inkun qieghed nirreferi ghat-tluq tieghi b’mod volontarju minn pajjizi u ghad-distakk b’mod psikologiku minn kultura li jien naraha bhala li hi ta’ detriment ghall-omosesswali. Minn Malta tlaqt lejn Los Angeles, belt liberali. Mort hemmhekk biex nghix f’belt, li kienet tqis li l-omosesswali ghandhom jithallew jghixu fil-libertà u meqjusa bhala mem-bri validi ghas-socjetà t’hemm-hekk. Ghalkemm nghix barra, ghad ghandi rabtiet qawwijin ma’ Malta. Ta’ kuljum incempel lil ommi u membri ohrajn tal-familja. L-assi tieghi jinsabu kollha f’Malta. B’mod generali nhossni Malti u nigi Malta regolarment. Nghix fir-Renju Unit mas-sieheb tieghi. Hawnhekk sar progress socjali fejn jidhlu d-drittijiet ta’ l-omosesswali u l-ugwaljanza bejn l-eterosesswali u l-omosesswali. Jista’ jkun li xi darba, l-omosesswali li hallew Malta jhossu li huma ukoll ghadhom post fis-socjetà Maltija u b’hekk ikunu jistghu jergghu jigu lura. Sakemm isehh dan, hafna zghazagh se jkunu qeghdin iharsu lejn sistema socjali aktar tolleranti”.



Daqt jaghlaq sena u nofs mizzewweg

Antoine Spiteri spjegalna li “fit-8 ta’ Settembru se nkun ghalaqt sena mindu jien u s-sieheb tieghi David izzewwigna bic-civil taht il-ligi Ingliza. F’dan il-mument ninsabu ferhanin u kuntenti hafna u qeghdin nippjanaw li jkollna t-tfal fil-futur qrib”. L-omosesswali jistghu jrabbu t-tfal billi jadottaw.

Antoine qalilna li “kienet preferenza tieghi li jkolli t-tfal f’Malta u li jikbru hemm, boghod mill-perikli li jezistu fi bliet kbar. F’dan il-mument izda ma nhossx li l-ambjent f’Malta hu ideali ghall-familji omosesswali. Nara izda li xi darba, l-familji omosesswali se jkunu jistghu jirritornaw lejn Malta minghajr ma jhossuhom li qeghdin f’sistema legali zbilancjata kontrihom.”



Il-hidma fil-Malta Gay Exiles

Ricentament twaqqfet il-Malta Gay Exiles u ghalkemm Antoine mhux wiehed minn dawk li jmexxuha, hu gie maghzul bhala l-mascot ta’ din l-ghaqda.

Antoine Spiteri qalilna li “l-Malta Gay Exiles hi ghaqda ta’ persuni, li konna sirna nafu l-xulxin permezz tal-Facebook. M’inix involut fl-organizazzjoni ta’ din l-ghaqda, izda infurmat li l-ghan taghha hu li ggib nies qrib xulxin u li ghandhom problemi jew thassib fuq is-sitwazzjoni fejn jidhlu drittijiet u ugwaljanza ta’ l-omosesswali f’Malta. Din l-ghaqda fiha nies li bhali kellhom jeziljaw ruhhom minn art twelidhom. Wiehed mill-ghanijiet hu li noholqu kuxjenza f’Malta fuq l-omosesswali. Ahna hrigna mit-trawma, izda ghad hemm hafna li minhabba nuqqas ta’ opportunitajiet jew restrizzjonijiet ohra ghadhom qeghdin ibatu fis-silenzju. Primarjament l-ghan tal-Malta Gay Exiles hu dak li jkun vuci favur l-ugwaljanza.”



‘Lest li nghin b’kull mod’

Antoine Spiteri maghruf ghall-karattru dhuli tieghu, qalilna “jien lest li nipprovdi l-ghajnuna kollha li nista’ lil din l-ghaqda u l-dawk li jitolbuha. L-ghajnuna tieghi hi f’appogg morali, dikjarazzonijiet pubblici, pariri lill-ohrajn. Aktar tard lest li noffri parti mill-hin tieghi biex nipprovdi pariri personali bla hlas permezz tal-Malta Gay Exiles, lil dawk iz-zghazagh Maltin li qeghdin isibuha difficli kemm biex jghixu f’Malta jew biex jiddikjaraw fil-berah li huma omosesswali. Bi hsiebni niehu sehem f’tahdidiet pubblici li jqajmu kuxjenza fuq is-sitwazzjoni f’Malta. Staqsewni biex inkun il-mascot ghall-eziljati Maltin, u jien accettajt bil-ferh u ghalissa se nkun anke qed nehdilhom hsieb il-websajt”.



Kemm hu l-ammont ta’ eziljati Maltin?

Ghal din il-mistoqsija, Antoine Spiteri qalilna li “n-numru ezatt mhux maghruf. Biss b’mod regolari niltaqa’ ma’ nies li kellhom jitilqu minn Malta biex jghixu mas-sieheb taghhom. Issibhom f’kull sezzjoni tan-negozju jew servizzi. Issib dawk zghar fl-età u ohrajn kbar, sinjuri u fqar. Issib min hu wahdu u hafna ohrajn bis-sieheb. Hawn diversi li zzewgu ukoll u qeghdin irabbu t-tfal. Naf nies Maltin bhal danw fi New York, Texas, California, l-Awstralja, l-Kanada, l-Olanda, Brussels, Franza, Spanja, l-Italja u l-Germanja fost ohrajn. Hafna minn dawn ghadhom ma jafux bil-Malta Gay Exiles, biss dawn kollha ghandhom haga wahda komuni...’kellhom jitilqu minn pajjizhom’”.

victorvella2002@yahoo.com

No comments:

Post a Comment