Monday 18 February 2008

It-Torca: Ittri lil Editur: David Casa u l-gay clubs fi Brussels

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6419
Novembru 2007
minn Dr Joseph Chetcuti, Melbourne

Qrajt ir-rapporti li dehru fit-torċa online (18/11/2007) u pinknews.co.uk. Skond dawn ir-rapporti, David Casa rabat l-attendenza tiegħu f'xi gay clubs fi Brussels ma' attivitajiet ta' natura politika.

Ladarba dawn kienu impenji uffiċjali, nassumi li bħala membru effiċjenti tal-parlament u tal-Partit Nazzjonalista, Casa għandu rekord sħiħ ta' dawn il-viżti uffiċjali. Allura jien nistaqsih hekk:

(a) Liema kienu dawk il-gay clubs li int żort fi Brussels?

(b) Meta (jum u ħin) għamilt dawn il-viżti uffiċjali tiegħek?

(ċ) Min kienu dawk li stednuk (jew ħajruk) tmur f'dawn il-gay clubs?

(d) X'kienet l-okkażjoni ta' kull stedina?

(e) Barra Brussels, qatt attendejt uffiċjalment gay clubs jew postijitet oħra mfittxa mill-omosesswali kemm f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra? U jekk iva, x'kien l-iskop ta' kull attendenza tiegħek?

Ġie rrapurtat ukoll, dejjem skond Casa, li d-deċiżjoni tiegħu li jastjeni mill-vot tal-mozzjoni li tikkundanna l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-omosesswali ma kienet bl-ebda mod vot favur l-omofobja. B'kull rispett, ma naqbel xejn ma' dan is-sentiment. Kif jgħid il-qawl Ingliż: if it walks like a duck, quacks like a duck and looks like a duck, it is a duck. Aħjar naqlibha għall-Malti: jekk iżżegleg bħal papra, tlaq-laq bħal papra u tidher qisha papra ... hi papra!

---
Ara wkoll:

1 comment:

  1. Domanda iktar preciza - ghaliex David Casa ma vvuttax favur ir-risoluzzjoni kontra l-omofobija?

    ReplyDelete